best deal

Monday, 28 May 2018

"Kompla jaqla' l-inkwiet u qasam ras surġent" - Sandro Camilleri


Il-President tal-Police Officers' Union, l-Ispettur Sandro Camilleri, isostni li ma nistgħux nibqgħu naraw attakk wara l-ieħor.

Ilbieraħ Tuneżin attakka surġent waqt il-qadi tad-dmirijietu, u Sandro Camilleri jgħidilna x'ġara. "Ilbieraħ kien hemm party fl-Armier, u kien hemm Tuneżin li beda jaqla' l-ġlied. Marru l-Pulizija fuq il-post biex jarrestawh, u spiċċa ħebb għalihom, u saħanistra anke beda jagtħi fuq il-karozza. Xħin ħaduh fil-lock-up, qala' pandemonju sħiħ u anke kisser il-lock-up. Beda jħabbat lilu nnifsu ġoċ-ċella biex iweġġa' lilu nnifsu. Imbagħad ittieħed l-isptar imma anke hemmhekk kompla jaqla' l-inkwiet, tant li spiċċa qasam ras is-Surġent Jean Zahra."



Jispjegalna kif dan il-persuna għad għandu każijiet pendenti u sa ftit xhur ilu waddab kuntistabbli t-taraġ, u spiċċa sofra concussion. Filwaqt li rringrazzja lill-Qorti, sostna l-ħtieġa għal priġunerija effettiva għal min jattakka l-pulizija. "Qed naraw li l-Qorti qed tieħu azzjoni u qed iżżomm idejha fejn jidħlu attakki fuq il-pulizija. Ta' dan nirringrazzjaw lill-Qorti tal-Ġustizzja. Però qed inkomplu nagħfsu fuq l-istat biex ikun hemm priġunerija effettiva għal min jattakka lill-pulizija waqt il-qadi ta' dmirijiethom għax qed naraw attakk wara ieħor."

F'dawn il-ġimagħtejn, kien hemm żewġ każi fejn il-pulizija sfaw attakki waqt il-qadi ta' dmirijiethom. Fosthom il-Pulizija Simon Schembri li spiċċa mtajjar minn ġuvni ta' 17-il sena.

No comments:

Post a Comment