Fil-ġranet li ġejjin, l-Arċisqof Charles Scicluna se jerġa' jmur iċ-Ċilì biex fuq talba tal-Papa Franġisku, ikompli l-każ tal-abbużi sesswali.
Fi stqarrija maħruġ mill-Uffiċċju Stampa tal-Vatikan, id-Direttur Greg Burke qal li bi ftehim mal-Papa, l-Arċisqof Scicluna flimkien ma' Mons. Jordi Bertomeu se jmorru fiċ-Ċilì biex imexxu 'l quddiem il-proċess ta' riparazzjoni u rijabilitazzjoni tal-vittmi tal-abbuż.
Dan wara li diversi isqfijiet fiċ-Ċilì ġew akkużati li jew għattew l-abbużi jew ma għamlux l-almu kollu biex jinkixfu. Ħmistax ilu, l-34 isqof Ċilen li kienu fil-Vatikan għal laqgħat mal-Papa dwar l-iskandlu tal-abbuż sesswali fiċ-Ċilì offrew ir-riżenji tagħhom
Sadanittant, id-Direttur tal-Uffiċċju Stampa tal-Vatikan qal ukoll li l-Papa mistenni jibgħat personalment ittra bil-miktub lill-President tal-Konferenza Episkopali taċ-Ċilì indirizzata lill-poplu kollu ta' Alla, kif kien wieħed lill-isqfijiet fil-jiem li għaddew.
No comments:
Post a Comment