Nas Daily jikteb żewġ punti għall-Maltin biss dwar l-islogan tiegħu li ntuża mill-Partit Laburista għal fuq il-flokkijiet tal-mass meeting għall-1 ta' Mejju.
Jibda billi jistqarr li l-post tiegħu qed jidher għal Malta biss.
Dan huwa l-ewwel punt li jqajjem:
"Riċentament, qrajt uħud mill-artikli dwar l-islogan Oh My Malta u din hija r-risposta tiegħi. L-ewwel nett, inweġġa' li nara partit jew ieħor juża l-islogan tiegħi bħallikieku hija tagħhom, jew bħallikieku huma assoċjati ma' Nas Daily. Nixtieq nagħmilha ċara: Nas Daily irċieva $0 mingħand ħadd f'Malta, speċjalment mill-Gvern. Ix-xogħol li għamilt għamiltu minn qalbi għax ġenwinament ħassejtni milqugħ f'Malta. Ma kelli l-ebda idea x'jirrappreżenta kull partit, imma nixtieq b'ħerqa li ma niġix assoċjat mal-ebda minnhom."
Il-verità kerha hi f'Malta l-politikanti jiġu qabel l-umanità tagħkom. Allura fl-interess li nżommu 'Oh My Malta' nadifa, ma rridx li ninvolviha fil-politika. Fir-realtà, "Oh my Malta" mhijiex minjiera biex tiddomina. Din hija ta' kulħadd. Nixtieq li intom tużawha biex turi l-isbuħija ta' Malta u l-ikrah tagħha. Taħdem għat-tnejn. L-unika talba hija li tużawha b'responsabbli u mhux għal gwadann politiku."
Dan huwa t-tieni punt:
"Ħafna ġurnalisti qaluli li jiena naive, talli jiena pożittiv iżejjed u naħseb b'mod pożittiv fuq Malta. Lil dawn ngħidilhom ... Ħija, jiena Palestinjan Iżraelit. Naf ħaġa jew tnejn dwar il-gwerra, id-diviżjoni, il-politika, il-qtil, il-marġinalizzazzjoni, u l-mewt. Din kienet ir-realtà tiegħi għal 18-il sena. Imma nemmen li d-diviżjonijiet jistgħu jitfejqu f'Malta jew fl-Iżrael jew 'il bogħol bħall-Awstralja, fejn ninsab. Jien m'iniex naive jew ottomist. Jiena nħoss ġenwinament li d-diviżjoni hija temporanja.
F'terminu qasir aħna maqsuma. F'terminu twil, aħna ħaġa waħda. Fl-aħħar tal-ġurnata, jiena m'iniex Malti. Jiena barrani. Però forsi tridu lil xi ħadd minn barra li jgħidilkom li għandkom xi ħaġa kbira f'idejkom. Intom għandkom Malta mill-aqwa. Minkejja d-divżjoni, il-korruzzjoni, (poġġi l-kliem kollu ħażin), intom qed tagħmlu ħafna affarijiet b'mod tajjeb. U malli rajt lil pajjiżkom għall-ewwel darba, bqajt nisma' din il-vuċi f'moħħi tgħid kontinwament: Oh...my..Malta!"
Ara l-filmat kien għamel Nas Daily bl-islogan Oh..my...Malta u li kien mar viral.
Ara l-filmat kien għamel Nas Daily bl-islogan Oh..my...Malta u li kien mar viral.
No comments:
Post a Comment