best deal

Thursday, 24 May 2018

"Nixtiequ saqaf fuq rasna u jkollna xi ħaġa tal-flus biex ngħixu"

Il-Ħadd li għadda koppja anzjana ġġarrfitilhom id-dar tagħhom u tilfu kollox.
Aħna tkellimna ma' Irene Roberts li tirrakkontalna dak li għaddew minnu hi u żewġha, erbat ijiem ilu. 


"Aħna konna qegħdin ġewwa u smajna ħoss kbir. Jiena kont se ninħasel, u r-raġel kien qed isajjar.  Imbagħad ir-raġel meta ra li kien nieżel il-ġebel, mar malajr jirrapporta l-għassa. Però jiena nqbadt ġewwa u bdejt nisma' ħafna storbju barra, u ma kontx naf x'inhu jiġri."
Fid-dar jintraddmu wkoll il-klieb tagħhom. "Dak il-ħin is-6 iklieb kienu ġewwa u ridt li huma joħorġu l-ewwel. Xħin ġew jgħinuni, qaluli, 'Issa noħorġu lilek l-ewwel, u mbagħad noħorġu l-klieb.' Kellu joħroġhom ir-raġel, u daħlet anke oħti fil-periklu biex jinħarġu għax lili ma ħallewnix nidħol. L-ewwel ħarġu lili, u miegħi ma ħadt xejn. Imbagħad ħaduni fuq l-istretcher l-isptar għax kont taħt xokk."
Filwaqt li l-annimali qegħdin għand persuna li tieħu ħsieb l-annimali, bħalissa Irene u żewġha m'għandhomx fejn joqogħdu.  "Kollox inqered. Lanqas flus m'għandna. Għalissa r-raġel qed jorqod f'home għax għadu ma sabx post u hemm qed jorqod biss għax jaf lis-sid. Imma kemm ħa jdum iraqqdu b'xejn?  U jiena bħalissa qed nagħmel 4 ijiem għand oħti."
Din il-koppja anzjana għandha bżonn l-għajnuna. "Nixtieq li jkollna saqaf fuq rasna, u jkollna xi ħaġa tal-flus biex ngħixu u nkunu nistgħu nerġgħu ngħixu flimkien bħal koppja normali." 
Dan il-każ seħħ il-Ħadd li għadda fi Triq Claren, il-Pietà.
Ritratti: TVM News

No comments:

Post a Comment