best deal

Friday, 25 May 2018

Omar huwa r-rebbieħ tal-isfida ta' tal-linja



L-isfida li Xarabank għamel f'kollaborazzjoni mal-Malta Public Transport intrebħet minn Omar Rababah u miegħu ħa €3,000.



Omar flimkien ma' Javier Degiorgio, Valerio Bugeja, Alison Pearson, Rachelle Deguara, Anthony u Grace Camilleri u Nigel Blundell tawna ċ-ċavetta tal-karozza tagħhom għal ġimgħa sħiħa biex matulha jużaw il-karozza tal-linja kull fejn imorru.



Il-parteċipanti kollha rnexxielhom jagħmlu din l-isfida sal-aħħar iżda parteċipant wieħed biss seta' jirbaħ it-€3,000. Omar rebaħ din is-somma wara li kiseb il-maġġoranza tal-voti. Ir-rebbieħ intagħżel bit-televoting.

Matul din il-ġimgħa l-pubbliku seta' jivvota għall-parteċipant favorit tiegħu billi jċempel fuq in-numru abbinat.

Ritratti: PhotoCity Malta

No comments:

Post a Comment