best deal

Saturday, 19 May 2018

BIL-FILMAT: Prinċep Harry u Meghan jgħidu 'iva' lil xulxin


Illum Prinċep Harry u Meghan Markle jiżżewġu. 




Iċ-ċerimonja bdiet fis-siegħa ta' waranofsinhar (12:00pm f'Londra), fil-Kastell Windsor.


Il-Prinċep Harry ingħata t-titlu ta' Duka ta' Sussex mir-Reġina, filwaqt li issa Meghan Markle se tkun id-Dukessa ta' Sussex. 


Ritratt: BBC News

Meghan Markle għandha 10 bridesmaids u pageboys, fosthom lill-Prinċep George u lill-Prinċipessa Charlotte.


Fost is-600 mistieden hemm Oprah Winfrey, George u Amal Clooney, David u Victoria Beckham, u Elton John.



Filwaqt li għal dan it-tieġ irjali nġabru eluf ta' nies fit-toroq ta' Windsor, mijiet oħra raqdu fit-toroq matul il-lejl li għadda biex jassiguraw ruħhom li jkollhom l-aħjar post li minnu jistgħu jsegwu sew dak li qed jiġri.



Xarabank segwa l-aħħar preparamenti tat-tieġ irjali billi mar fit-toroq ta' Londra. Araw l-aħħar preparamenti fil-filmat ta' hawn taħt.

No comments:

Post a Comment