best deal

Wednesday, 2 May 2018

"Sirna nafu li miet in-nannu minn fuq l-aħbarijiet" - Shasha


Kien 41 sena ilu, f'Jum il-Ħaddiem, meta n-nannu tal-make-up artist Shasha Fabri ma daħalx lura d-dar, wara li nqatel b'inċident.

Aħna tkellimna ma' Shasha li tgħidilna kif nannuha, Ninu n-nitfa, kien sejjer jisma' t-tieni quddies. "Niftakar li konna ħallejnieh il-Ħamrun, u qabel tlaqna kien tana 50 ċenteżmu. Minħabba li kien San Ġużepp ħaddiem, kien sejjer għat-tieni quddiesa."

Isiru jafu li miet f'inċident minn fuq l-aħbarijiet. "Konna qed naraw l-aħbarijiet u x-xandar qal li miet raġel fl-Imrieħel. Kien għad kelli 4 snin imma niftakar lil ommi tgħid lil missieri, 'Dak missierek'. Marru fuq il-post b'taxi, u sabuh hemm, u kkonfermaw li hu. Xena li żgur mhux ħa tintesa. In-nannu kien imur kullimkien bil-mixi għax kien jibża' mill-karozzi. Mur għidlu li kellu jmut b'karozza."

Tistqarr li aħbar bħal din, ma riditx tismagħha minn fuq l-aħbarijiet. "Ħażin li kellna nsiru nafu mill-aħbarijiet. Kienet trawma kbira għal kulħadd għax anke l-qraba tiegħu, saru jafu minn fuq l-aħbarijiet. Għadni nisma' t-twerżiq ta' ommi u tan-nanna, u għadni niftakar lil missieri jippanikja. Tant affettwatni u impressjonajt ruħi, li llum nibża' mill-karozzi. Lin-nannu kont inħobbu ħafna, u din it-trawma se nibqa' nġorrha miegħi."

Ittemm billi tgħid: "Ma ninsewh qatt lin-nannu Ninu. Nixtieq li bħalissa jitlob ħafna għalina għax għaddejjin minn mumenti diffiċli."

No comments:

Post a Comment