best deal

Tuesday, 29 May 2018

X'inhu l-aħjar, tikri jew tixtri post?


Ħafna nies jimtlew b'ħafna mistoqsijiet jekk għandhomx jikru jew jixtru. Però fil-verità x’jaqbillek tikri jew tixtri propjetà? Jekk qed tfaddal, jaqbel li tinvesti f’post biex tixtri u jkun tiegħek, jew li tikri sakemm  tkun tista' tieħu self mingħand il-bank? Taħseb imma li l-kirjiet saru għoljin wisq?
Dwar dan is-suġġett tkellimna ma' Erskine Vella minn Best Deal Properties li huwa żviluppatur Malti tal-propjetà. Jispjegalna kif wieħed iktar jaqbillu li jixtri milli jikri. "Il-vantaġġ li wieħed jikri, jiddependi minn liema sitwazzjoni ikun għaddej minnha bniedem. Ħafna drabi wieħed idur biex jikri minħabba li ma jkunx jista' jissellef mill-bank. Però fl-aħħar mill-aħħar xorta waħda jaqbillek li tixtri milli tikri."

Imma għala jaqbillek li tixtri? "Bil-flus li qed tonfoq biex tixtri propjetà, fl-aħħar mill-aħħar ħa tħallas is-self (il-loan) li tkun ħadt u jkollok post li jkun tiegħek. Dan huwa wieħed mill-ikbar investiment li bniedem jista' jagħmel għalih f'ħajtu. Meta tikri, mhu qed tagħmel xejn ħlief li tkun qed tħallas lil ħaddieħor biex tuża l-post li jikrilek. Id-dar tiegħek hija dejjem tiegħek."

Erksine Vella minn Best Deal Properties
Imma diffiċli biex tixtri hawn Malta? "Hawn ħafna bejgħ għal kulħadd. Għalhekk ngħid mhuwiex daqshekk diffiċli biex in-nies jixtru propjetà. Ix-xogħol miexi sew. Però hemm min għandu problema biex ilaħħaq mal-prezzijiet u jispiċċaw jikru. It-tendenza hi li n-nies, l-iktar koppji, qed jikru biex jaraw kif se jgħixu flimkien, u mbagħad jixtru wara Però n-numru ta' separazzjonijiet qed jiżdiedu u ħafna minnhom ma jkunu jistgħu jieħdu self mill-bank, u allura jispiċċaw jikru."

Però dejjem jaqbillek tixtri u Best Deal Properties lest li jgħinek  bla ebda problemi. "Aħna nipprova nagħmlu l-proċess faċli għal dak li jkun. L-ewwel in-nies iridu jagħżlu fejn jixtiequ jixtru, u inti tgħidilhom x'lest li toffrilhom. Imbagħad minn hemmhekk, kull ħaġa li jkollok bżonn waqt il-proċess, għandna l-esperjenza biex nirrispondu u nirrakkomandaw nies tajba għal dak li għandek bżonn, u nagħmlu minn kollox biex inlestu l-post kif tixtieq. S'issa rċevejna rispons tajjeb u sal-ġimgħa l-oħra rċevejna mingħand klijenti li qalulna, "You made purchasing property a pleasure."

"Aħna qegħdin hemm għal kulħadd. Min jixtieq li jkellimna anke għal parir, lesti li niltqgħuh, anke mhux bilfors biex jixtri, ngħinuh għax dak huwa xogħolna," itemm jgħidilna Erksine.

Taħseb li l-kirjiet f'Malta huma għoljin wisq? Ikkummenta hawn taħt.

No comments:

Post a Comment