
Illejla tixxandar intervista li Katriel
għamel mal-Prim Ministru Joseph Muscat. Fl-intervista Katriel jispjega
lill-Prim Ministru kemm bata hu u l-familja meta kellu jsiefer għall-kura
fl-Ingilterra. “Prim Ministru jistgħu jiġu t-tobba hawn Malta u ma jkollniex
insiefru?” jistaqsi Katriel.
Fost oħrajn Katriel jistaqsi lill-Prim Ministru jekk jiħux gost li wliedu jidħlu fil-politika. Il-Prim Ministru jaħseb dwarha mbagħad iwieġeb b’mod interessanti.
Il-Prim Ministru jgħid lil Katriel li hu jaqbel li l-isptar neħħew il-junk food mill-canteen u jitkellem fuq il-politika li jkollna tfal u kbar aktar b’saħħithom. Jgħid li hu stess biddel id-dieta tiegħu u sar jiekol b’moderazzjoni. “Pereżempju qabel tmur tixtri ġos-supermarket tajjeb li tiekol għax bil-ġuħ tixtri ħafna ikel li m’għandekx bżonn. Jien hekk nagħmel.”
Il-Prim Ministru jitkellem meta għal jumejn
ma baqax jara u kif ħaseb li kien għama għalkollox.
Fl-aħħar Katriel jagħmillu l-aħħar
mistoqsija. “Prim Ministru fejn se tkun 10 snin oħra?” Jekk tridu tafu x’wieġeb,
araw l-intervista llejla fuq il-Facebook tal-Partit Laburista, fis-18:00.
No comments:
Post a Comment