F'Marzu li għadda, ommu Daniela spjegatilna x'kien ġara ftit minuti wara li twieled Mason. "Jiena ma indunajt b'xejn għax kont għadni taħt l-effett tal-loppju. It-tobba indunaw. It-tifel ġie blu u beda jiġġieled għal ħajtu għax kull darba li jorqod jinsa jieħu n-nifs."
Bla magni speċjalizzati fl-Ingilterra, Mason ma jistax jgħix. Biex isalvaw il-ħajja tat-tifel tagħhom ommu Daniela u missieru Malcolm kellhom jgħixu l-Ingilterra, u jistgħu jdumu sa 8 snin hemmhekk.
Mason s'issa qatta' l-ftit xhur li għandu l-isptar biss. Però ftit tal-ġranet ilu, Malcom u Daniel ħadu l-aħbar li kien ilhom jistennew. Dik li Mason joħroġ mill-isptar u jieħu l-kura mid-dar.
Aħna tkellimna ma' Daniela li tgħidilna dwar din l-aħbar. "Konna ilna nistennewha din l-aħbar. Ftit ilu qalulna li Mason jista' jiġi magħna d-dar u issa ħareġ mill-isptar kompletament. Però xorta rridu nibqgħu ftit snin oħra hawnhekk sakemm jikber u jissaħħaħ iktar." Issa Mason jista' jieħu l-kura mid-dar, minn ġewwa l-flats ta' Puttinu f'Sutton. "Issa nżilna Sutton, f'Puttinu House, fejn Mason jista' jieħu l-kura minn magna tan-nifs li jużaha għal meta jorqod."
Daniela tgħidilna li jħossuhom kuntenti ħafna. "Inħossuna ferħanin ħafna għax qatt ma bsarna li għad jista' jgħix din il-ħajja minħabba li hija kundizzjoni kritika, dik li t-tifel ma jistax jieħu n-nifs. Kuntenti ħafna li issa qiegħed magħna d-dar għax minn meta twieled, jiġifieri minn Novembru, ħajtu qatagħha l-isptar. Issa se jkollu ħajja kompletament ġdida għax mhux jibqa' jgħix u jorqod il-ħin kollu l-isptar, imma se nkunu nistgħu ngawduh magħna d-dar, u mmorru l-isptar biss għal check-ups."
Itemmu billi jirringrazzjaw lil Puttinu. "Nirringrazzjaw ħafna lil Puttinu. Lanqas hemm kliem biżżejjed biex nirringrazzaw lil Rennie u lil Angele. Kieku ma kinux huma ma nafux x'konna nagħmlu." Daniela u Malcom jirringrazzjaw ukoll lil Malta Community Chest Fund Foundation.
Din l-intervista li konna għamilna f'Marzu li għadda lil Malcolm u lil Daniela:
No comments:
Post a Comment