best deal

Tuesday, 5 June 2018

BIL-FILMAT: "Ma nkunx niflaħ nagħmel iżjed programmi ta' ġbir" - Peppi Azzopardi



Peppi Azzopardi ilu għal dawn l-aħħar 20 sena jagħmel il-programmi ta' ġbir.



Meta t-tim ta' Xarabank ippreżenta ċ-ċekk ta' €1,620,530 lil Puttinu, Peppi spjega kif jiġu mumenti fejn ma jiflaħx jagħmel iktar programmi ta' ġbir. "Kull sena jkun hemm mumenti fejn inkellem lil Angele u lil Rennie u ngħidilhom, 'Ma nkunx niflaħ nagħmel iktar dan il-programm. Din is-sena kellna lil Ziam illi miet ta' età daqshekk żgħira, u kellna wkoll lil Jerome."


"Imbagħad tibda tiltaqa' mal-istejjer l-oħra bħal ta' Nigel li kien qed jistenna qalb l-Ingilterra u issa biddlulu qalbu, u qed jilgħab il-futbol. Iltqajna ma' Ellie li ilha l-Ingilterra għal dawn l-aħħar 8 xhur tistenna fwied. Nibda ngħid imma kif nistgħu nħallu lil din it-tifla u l-familja tagħha mingħajr, probabbli, ma għandhom fejn joqogħdu?"


"Iltqajna ma' każ li qatt ma kellna bħalu. Tifel illi f'ġuf ommu tatu stroke. Tibda tgħid, 'Imma kif jista' jkun. Kellna wkoll il-każ ta' Damien, illi naħseb li m'hawnx bħalu fl-Ewropa u mhux biss f'Malta. Damien sa xahar ilu għamel mitt operazzjoni u waħda, u għadhom kemm qatgħlu siequ l-leminija. Kellna wkoll il-każ ta' Maison illi kif issir taf bih wkoll jgħidlek, 'Ara ma jfettilekx ma tkomplix taħdem,' u lilkom jgħidilkom, 'Ara ma jfettilkomx ma tkomplux iċċemplu.' Il-każ ta' Maison, li twieled jinsa jieħu n-nifs." Marru l-Ingilterra, u issa jridu jagħmlu 8 snin l-Ingilterra. Immaġinaw kieku m'hemmx Puttinu u kieku m'hemmx intom."


Għaldaqstant, Peppi spjega kif stejjer bħal dawn ikomplu jgħinuh biex ma jiqafx jaħdem u jagħmel programmi ta' ġbir.


F'Marzu li għadda, Xarabank ġabar is-somma ta' €1,620,530 f'programm li kien ittella' b'risq Puttinu Cares.


Tinsiex, nhar il-Ġimgħa li ġej Peppi se jerġa' jiġbor, din id-darba għad-Dar tal-Providenza. Grazzi talli se terġgħu tkunu ġenerużi. 




Filmat: Net 
Ritratt tal-faċċata: Puttinu Cares

No comments:

Post a Comment