
Paul Fenech jerġa' jingħaqad ma' Birkirkara FC.
Is-sapporters ta' Birkirkara ngħataw sorpriża hekk kif il-President ta' Birkirkara ħabbarlhom li se jerġa' jingħaqad Paul Fenech mat-tim tagħhom.
Fil-kumment tiegħu, Paul Fenech qal: "Dejjem bqajtu ġo qalbi. Dawn is-sentejn u nofs ma kinux faċli għalija għax ġraw ħafna affarijet. L-amministrazzjoni wriet interess kbir fija xħin spiċċa l-league u ovvjament jiena kkunsidrajtha mill-ewwel. Fid-9 snin li għamilt ma' dan it-tim, ir-rispett li ngħatajt kien kien kbir. L-iktar ħaġa importanti hi li issa mil-lum 'il quddiem naħsbu fis-season li ġej. Din is-sena rridu nagħtu risposta lilkom is-sapporters u lill-amministrazzjoni. Mingħajrkom il-grawnd ikun vojt. L-importanti li titilgħu intom. Aħna malli noħorġu fil-grawnd u nisimgħu l-għajta tagħkom, ikollna kuraġġ kbir."
Ilbieraħ Birkirkara FC ħabbru li ffirmaw magħhom in-Niġerjan Uchenna Calistus Umeh u l-Brażiljan Marcelo De Siqueira.
No comments:
Post a Comment