best deal

Wednesday, 6 June 2018

BIL-FILMAT: "Xtaqt nasal sal-finali u nħoss li tlift il-battalja miegħi nnifsi" - Emma



Is-Sibt li għadda Emma ġie eleminata mis-serale ta' Amici.


Wara l-eliminazzjoni ta' Amici, Emma qalet kif kienet qed tħossha. "Jien ferħana ħafna imma fl-istess ħin le. Dejjem xtaqt li nasal sal-finali bħal kulħadd. Inħossni li tlift il-battalja miegħi nnifsi. Però nħossni kuntenta li wasalt s'hawn."

"Hekk inħossni ferħana li ġejja minn gżira ċkejkna fejn ma jiġri xejn... mhux ma jiġri xejn, imma ħaġa kbira bħal din. Din xi ħaġa li nħossni kburija ħafna, jiġifieri li wasalt sas-semifinali ta' Amici. Nixtieq nawgura lil Einar, Irama, Carmen u Lauren għax jistħoqqilhom ħafna."

"It-tama tiegħi hi li nkun nista' nkompli l-karriera tiegħi fil-mużika barra. Jiena nispera li dan biss huwa l-bidu u jien naf li dan huwa biss il-bidu għalija. Inħossni kuntenta għax dħalt f'Amici timida ħafna u issa nħossni iktar kuntenta."



Inti taħseb li Emma kellha tiġi eliminata? Ikkummenta hawn taħt.

No comments:

Post a Comment