best deal

Wednesday, 13 June 2018

BIL-FILMATI: Dan il-Malti tella' filmat li rawh 'il fuq minn 90 elf ruħ f'inqas minn ġurnata!


Charlton jikteb kanzunetta rap biex juri kif l-oġġetti materjali qed jiġu l-ewwel u qabel kollox, anke qabel ħajjitna.



Ilbieraħ Charlton tella' filmat tiegħu nnifsu jkanta kanzunetta rap li kiteb hu stess u dan rawh 'il fuq minn 90 elf persuna f'inqas minn 24 siegħa.

Aħna tkellimna miegħu u jgħidilna kif bil-kanzunetta tiegħu xtaq juri r-realtà li qegħdin fiha. "Il-kanzunetta titkellem fuq ir-realtà tad-dinja li qed ngħixu fiha llum. Ftit li xejn għadek tara rispett u apprezzament. L-oġġetti materjali llum il-ġurnata sirna nagħtuhom ħafna iktar importanza mill-ħajja nfisha. Il-flus saru kollox illum il-ġurnata u l-bniedem jaħseb li bil-flus se jixtri kollox imma meta jispiċċa jitlef saħħtu jinduna kemm il-flus veru ma jiswew xejn."

Charlton għaqqad il-kanzunetta bl-affarijiet li jara kuljum. "Inspirajt ruħi bl-affarijiet li nara fil-ħajja ta' kuljum, u minn hemm bdejt ngħaqqadhom kelma b'kelma sa ma fl-aħħar irnexxieli nikteb din id-diska. Nemmen li b'xi mod jew ieħor tolqot lil kulħadd."

Jispiċċa billi jgħaddi messaġġ lilkom li qed taqraw dan l-artiklu. "Għandna bżonn nitgħallmu napprezzaw il-valuri tal-ħajja għax il-bniedem qatt mhu kuntent b'xejn sa ma fl-aħħar jispiċċa jitlef kollox."




Din mhijiex l-ewwel darba li Charlton tella' filmat b'kanzunetta rap fuq Facebook. Fil-fatt, f'Settembru li għadda Charlton kien kiteb kanzunetta rap wara li kienet mietet zitu f'inċident ikrah tat-traffiku. 

F'intervista li Xarabank kien għamel miegħu kien spjegalna kemm kien iddispjaċieh li zitu telqitu u kien miġġieled magħha. Kien appella lil kulħadd hekk, "Jekk inti miġġieled ma' xi ħadd mur illum u agħmel paċi miegħu. Jiddispjaċik ħafna jekk imut u ma tilħqux tirranġaw bejnietkom."

Ara l-intervista sħiħa hawn taħt:



Liema huwa l-iktar vers li għoġbok minn din il-kanzunetta? Għidilna billi tikkummenta hawn taħt.

1 comment: