Bħalissa għaddejjin l-aħħar preparament qabel ma jibda Xarabank li se jsir b'risq id-Dar tal-Providenza.
B'ħafna personalitajiet, f'Xarabank se jsir spettaklu bis-sehem ta' diversi kantanti, membri parlamentari u ministri, u nies magħrufin mat-televiżjoni Malti.
Barra minn hekk, waqt il-programm se jintwerew diversi filmati li fihom se naraw għaliex u għal min qegħdin niġbru.
Jekk tixtieq tagħti donazzjoni, tista' ċċempel 51802013 biex tagħti donazzjoni ta' €25, jew 51902070 biex tagħti donazzjoni ta' €50, jew ibgħat messaġġ fuq 50618944 biex tagħti donazzjoni ta' €6.99.
U jekk trid tagħti pleġġ ta' €500 jew iktar tista' ċċempel fuq 21249200.
No comments:
Post a Comment