best deal

Thursday, 14 June 2018

Din il-kelba għandha bżonn l-għajnuna tiegħek biex tiġi Malta


Din il-kelba jisimha Cleo u kulma għandha 4 xhur.



Cleo twieldet l-Awstralja, l-iżgħar waħda minn fost il-klieb li twieldu magħha. Però Cleo twieldet bi problemi. Il-ħanqek u l-ħalq ma żviluppawlhiex sew, u issa qed tgħix b'din il-kundizzjoni.

Aħna tkellimna ma' Astrid, li hija s-sid ta' din il-kelba. Tgħidilna li għalissa lil Cleo ma jistgħux joperawha minħabba li għadha żgħira wisq. "Biex joperawha lil Cleo, irid ikollha iżjed minn 4 xhur. Dawn il-klieb jikbru b'rata baxxa u jekk Cleo tagħmel l-operazzjoni, hemm riskju li ma tqumx mil-lopju. Li għextet sa issa, ta' 4 xhur, tajjeb ħafna għax din hi fażi kritika ħafna għaliha."

Bħalissa Cleo u Astrid mifrudin, wara li Astrid kellha tiġi hawn Malta. Għamlet minn kollox biex Cleo ġġibha Malta u kienet waslet biex tħallas $3,000 minn butha stess. "Wara li ġejt lura Malta, bdejt nipprova nara kif se nġib il-kelba hawnhekk. Ikkuntattjajt diversi aġenzji tal-linji tal-ajru fl-Awstralja li huma pet-friendly biex il-kelba tinġab mill-Awstralja lura lejn Malta. Mill-Awstralja sa Malta, anke persuna trid taqbad 3 ajruplani, u l-kelba trid tgħaddi mill-istess proċedura."



Però mill-ewwel jinqalgħu l-intoppi minħabba r-razza tal-kelba. "Hemm ċerti linji tal-ajruplan li tista' tivvjaġġa billi l-kelba titpoġġa taħt is-seat ta' quddiemek. Però Cleo m'għandhiex din il-possibbiltà għax hi kelba li tikber u bilfors trid tivvjaġġa b'cargo. Meta tlabt lil diversi aġenzji qaluli li tiġi mal-$5,000 u l-irħas li sibt kienet $3,000. Kont se nipproċedi b'dan l-ammont, anke bl-ispejjeż kollha l-oħra li ridt inħallas bħal 18% VAT fuq il-valur tal-kelba u fuq il-valur tal-vjaġġ. Però wara din l-aġenzja qaltli li ma jistgħux jipproċedu minħabba li ma jaċċettawx klieb ta' din ir-razza. F'dak il-punt qtajt qalbi li għad nerġa' naraha."



L-unika alternattiva li jifdal biex Astrid terġa' tingħaqad lura ma' Cleo hi li tħallas $5,000. "Nistgħu nġibuha lura billi nużaw linja oħra tal-ajru, però din tiġina mal-$5,000. Hi diffiċli għalina biex noħorġu dawn il-flus kollha u għalhekk għamilt paġna biex nara niġborx xi ftit flus. Cleo hija fighter kbira u aħna orbotna qalbna magħha. Hija l-iżgħar waħda, konna nqumu nitimgħuha fil-għaxija, l-ewwel waħda li bdiet timxi, hija prezzjuża wisq u m'għandha xejn inqas minn klieb oħra. M'hemmx li nerġa' naraha!"



Inti wkoll tista' tgħin billi tidħol hawnhekk u tagħti donazzjoni.

No comments:

Post a Comment