best deal

Friday, 8 June 2018

Emma Muscat se tkun live f'Xarabank illejla


Ftit ħin biss wara li tasal Malta minn Ruma, illejla Emma Muscat se tkun live f'Xarabank twieġeb it-telefonati tagħkom li se ċċemplu biex tgħinu lid-Dar tal-Providenza.

Illejla f'Xarabank se nitolbukom tgħinuna biex ngħinu lid-Dar tal-Providenza, u waqt li t-tim kollu ta' Xarabank għaddej gas down (kif jgħidu) biex ikollna kollox lest u preparat, jiena...Mark...ħrabt ħarba sa Ruma biex niltaqa' ma' Emma Muscat u l-papà tagħha Conrad, biex niġi lura magħhom Malta llejla. U b'mod mill-aktar akkoljenti, Emma u l-papà tagħha tawni l-esklussività biex noqgħod magħhom insegwi l-aħħar preparamenti qabel jitilqu lejn Malta!

Emma Muscat inqalgħet minn Amici nhar il-Ħadd li għadda, wara li b'suċċess enormi rnexxielha tasal sas-semifinali u tirbaħ il-qlub ta' miljuni ta' Taljani u Maltin. U f'dawn l-aħħar ġranet, kienet qed toqgħod ġo lukanda viċin ħafna tal-istudios fejn isir dan il-programm popolari Taljan.

Illum morna niltaqgħu magħha u mal-papà tagħha, u dħalna fil-kamra tal-lukanda narawha tippakkja qabel tiġi Malta. Rajnieha tgħid bye lil Biondo qabel titlaq għall-ajruport, u qed nimxu t-triq kollha magħha sal-Ajruport ta' Malta. U ta' dan kollu għandna l-filmati esklussivi! U l-filmati kollha li ħadna se nuruhomlkom f'Xarabank speċjali li se nagħmlu ma' Emma fil-ġimgħat li ġejjin!

Emma se tirritorna Malta għall-ewwel darba wara xhur sħaħ, li matulhom kienet qed tikkompeti f'Amici. Matul din l-avventura, Emma mhux biss ma setgħetx tiġi Malta, imma lanqas setgħet tkellem lill-familjari u lill-ħbieb tagħha u għal 3 xhur sħaħ, lilha u lill-parteċipanti l-oħra ħadulhom il-mobiles u kull mezz ieħor ta' komunikazzjoni.

Imma għal-lejla, ħsiebna qiegħed fid-Dar tal-Providenza. Għalhekk...illejla Xarabank arah...biex tara lil Emma, u biex tgħinna ngħinu lid-Dar tal-Providenza. Grazzi talli se ċċempel.

No comments:

Post a Comment