best deal

Friday, 22 June 2018

ESKLUSSIVA: Il-Gvern se jgħin lil Richmond Foundation iwettqu l-ħolma tagħhom



Żgħażagħ bi problemi ta' saħħa mentali se jkollhom servizz ġdid.


Ftit tal-ħin ilu, f'intervent waqt il-programm Xarabank li qed isir b'risq Richmond Foundation, Dr Chris Fearne ħabbar l-inizjattiva tal-Gvern.

Huwa għadda dan il-messaġġ. "Insellimlek Peppi, lill-kollegi tagħna tar-Richmond Foundation, lil kull min qiegħed fis-sala u lil kull min qiegħed jarana. Jien irrid nirringrazzja l-ewwel ngħid lilek Peppi, imma fuq kollox lil Richmond għax xogħol li jagħmlu u ta' din l-inizjattiva partikolari illi hi bżonnjuża ħafna u li tinkwadra eżatt ma' dak li qed nagħmlu aħna bħala Gvern."

"Bħalissa qed naħdmu fuq pjan nazzjonali għas-saħħa, imma wkoll pjan nazzjonali għas-saħħa mentali għall-għaxar snin li ġejjin, mill-2020 sal-2030. Qed naħdmu mal-ispeċjalisti tagħna, mat-tekniċi tagħna u mal-kliniċi tagħna, qed naħdmu ma' Barts Middle School li hija ċ-ċentru ta' kollaborazzjoni fuq is-saħħa mentali u qed naħdmu mad-Dinjija tas-Saħħa. Fil-fatt f'Settembru ħa jkolli preżentazzjoni mingħand dawn l-esperti u f'Novembru ta' din is-sena se jkollna konferenza nazzjonali għall-istakeholders kollha biex dan il-programm li qed nagħmlu għal għaxar snin inkunu nistgħu niftħu għall-konsultazzjoni."

"Apparti li nirranġaw Mount Carmel, apparti li nibnu sptar ġdid ġewwa Mater Dei għas-saħħa mentali, parti minn dan il-programm hi li nagħtu iktar servizzi għas-saħħa mentali fil-komunità u inkluż liż-żgħażagħ tagħna. Allura dan il-proġett ta' Richmond jinkwadra eżatt ma' dak li għandna f'moħħna aħna bħala Gvern li naħdmu fil-qasam tas-saħħa mentali."

"Għalhekk aħna nixtiequ li naraw din l-inizjattiva ta' Richmond u ta' għaqdiet illi jidħlu f'dan il-qasam tas-saħħa mentali magħna. Nixtiequ li naraw li din l-inizjattiva ta' Richmond tieħu l-ħajja. Għalhekk aħna nafu li Richmond iridu li jkollhom il-bini u nafu li din l-inizjattiva tal-lum qegħdin tibnu u tlaħħmu din il-binja imma wkoll riedu li biex is-servizz illi jagħtu jkun bla ħlas, irid ikun hemm xi ħadd illi jgħinhom biex is-servizz jibqa' għaddej. Għalhekk jiena llum għandi pjaċir kbir inħabbar illi bħala Gvern, bħala dipartiment tas-saħħa, ħa nkunu qegħdin nagħtu flus lil Richmond Foundation biex ikunu jistgħu jagħtu dan is-servizz mingħajr ħlas lill-pazjenti Maltin u Għawdxin."

No comments:

Post a Comment