Ilbieraħ il-Parlament approva t-tielet qari tal-abbozz ta' liġi dwar il-protezzjoni tal-embrijuni b'34 vot favur u 27 vot kontra. Dan ifisser li l-iffriżar tal-embrijuni sar legali.
Aħna ħadna r-reazzjoni taċ-Chairperson tal-Life Network Foundation, Dr Miriam Sciberras li qaltilna li mhijiex sorpriża b'din id-deċiżjoni. "Minħabba li ħadna sehem fid-diskussjonijiet u attendejna l-laqgħat fi stadju ta' kumitat, ma ssorprenditniex li din il-liġi għaddiet. Dan għaliex id-diskussjonijiet fil-fatt ma sarux fl-ispirtu li ssuġġerixxiet il-President ta' Malta, Marie-Louise Coleiro Preca, u kien jidher li l-aġġenda kienet illi l-affarijiet kienu se jibqgħu mexjin."

Tispjega kif l-embrijun issa se jiġi ffriżat b'għażla. "Is-suġġerimenti tagħna ma kinux hemm għax aħna ma naqblux mal-iffriżar tal-embrijuni. L-embrijun huwa wieħed minna u huwa uman, u m'għandux jiġi ffriżat b'għażla imma fi stat ta' emerġenza. Aħna għamilna suġġerimenti li għaddejniehom lill-President biex forsi jiġu kkunsidrati bħala damage control."
Żiedet tgħid li l-ebda punt li ppreżentaw huma ma ġie aċċettat. "Pereżempju ssuġġerixxejna li d-donazzjoni tkun miftuħa mill-bidu nett, li t-tfal ikunu jafu minn meta jkunu żgħar min huma l-ġenituri bijoloġiċi tagħhom. Jiġifieri għalkemm fil-prinċipju ma qbilniex ma' dawn l-emendi għax mhumiex ta' ġid għat-tfal li jitwieldu b'dawn it-teknoloġiji, l-ebda punt li ppreżentajna aħna ma ġie aċċettat. Aħna ddiżappuntati li d-diskussjoni li saret ma ġietx apprezzata."
Temmet tgħid li l-Gvern jrid iġorr ir-responsabbiltà tiegħu. "Il-Gvern għandu l-maġġoranza, għandu r-rieda u allura jista' jagħmel kull liġi li jrid hu. Però dan ma teżendahx mir-responsabbiltà kbira li qed iġorr u milli jagħti kont lil dawn it-tfal li jitwieldu minn dawn it-tekonoloġiji."
No comments:
Post a Comment