best deal

Friday, 15 June 2018

"Il-mewt illum mhijiex tbeżżagħni" - Bjorn


Bjorn kien ilu ma jkun fuq is-seat ta' quddiem ta' karozza għal iktar minn sentejn.



F'intervista li Mark kellu ma' Bjorn fil-karozza, deher biċ-ċar kif Bjorn ħassu kuntenta b'din l-esperjenza. "L-aħħar darba li soqt kien iktar minn sentejn ilu. Minħabba l-marda, lanqas stajt nidħol iktar fil-karozza. Dan l-aħħar permezz tas-siġġu tar-roti, nitla' r-rampa u nidħol fuq wara tal-vann. Kulma nara huwa s-saqaf tal-vann għax ma tarax minn wara. Jiġifieri issa din hija wow u xi ħaġa impressjonanti. Ma rridx nemmen li qiegħed daqshekk viċin. Litteralment kważi emozzjonat. L-affarijiet sempliċi tal-ħajja tinsiehom u li titla' f'karozza fuq quddiem hi xi ħaġa li nsejt il-feeling tagħha."

Bjorn jagħmel mat-23 siegħa kuljum bil-maskla ma' wiċċu minħabba nifsu. "Ikun hemm mumenti aħjar u mumenti li huma agħar. Però ifhimni fil-medja nagħmel 22, 23 siegħa kuljum bil-maskla. Meta nkun qed nitkellem tkun iktar faċli għax meta titkellem tarmi l-arja l-ħażina 'l barra minn ġismek. Jiena nixtieq nibqa' pparalizzat kieku u nibqa' ngħix relattivament ħajja normali. Però n-nifs ma jippermettix hux. Jekk nibda nagħmel 24 siegħa kuljum, il-magna li nuża ħa tispiċċa ma tkunx iktar effettiva. Imbagħad m'hemm xejn iktar x'tagħmel ħlief li jispiċċa kollox."

Imma Bjorn jibża' mill-mewt? "Ifhem ma tistax tara jekk ħa tmutx għada jew ġimgħa oħra jew xahar ieħor. Irid ikollok pjan f'moħħok u kuljum tqum biex tagħmlu. Illum il-ġurnata l-mewt saret xi ħaġa kompletament differenti mill-mod ta' kif kont naħsibha qabel. Illum il-mewt mhijiex xi ħaġa li tbeżżagħni. Minn dak kollu li għaddejt, hija l-inqas ħaġa fil-verità. L-importanti huwa dak li tagħmel f'ħajtek. Il-ħajja hi wisq sabiħa biex toqgħod tinkwieta u hi sabiħa fil-kwalunkwe forma tagħha. Trid tisfrutta kull mument u tipprova tieħu l-massimu minn kull ħaġa."

Bjorn jgħidilna li għadu ma għejjiex. "Wara li ftaħna d-dar, l-għada mill-ewwel bdejna naraw x'nistgħu nagħmlu. L-ewwel proġett kien ta' suċċess. Wara ftit ġimgħat irnexxielna nimlew il-post u għandna waiting list enormi. Allura bdejna naraw x'nistgħu nagħmlu biex insolvu verament il-problema. Ħa nagħmlu post ieħor li ħa jkun għaxar darbiet ikbar. Issa se nipprov noħolqu soluzzjoni li tista' tindirizza l-problema għas-snin li ġejjin. Minkejja li tkun qiegħed bla nifs, kull ħaġa tistimulak, tagħtik il-grinta biex tgħix iktar u biex tipprova tegħleb dak li huwa ovvju, li huwa l-mewt," temm jgħidilna Bjorn.

No comments:

Post a Comment