best deal

Saturday, 9 June 2018

Jinġabru €335,293 f'Xarabank għad-Dar tal-Providenza


F'Xarabank reġgħet spikkat il-qalb ġeneruża tal-poplu Malti u Għawdxi, li bi ħġaru rrisponda għas-sejħa tagħha u ġabar is-somma sabiħa ta' €335,293 b'risq id-Dar tal-Providenza.



Matul il-programm iddominaw il-filmati li fakkruna f'min qed jiġi bżonn din id-dar li tagħti kenn u sapport lill-persuni b'diżabiltà.

Il-programm beda ftit qabel id-9pm u fin-nofsiegħa, u t-telefonati baqgħu deħlin sa anke wara li spiċċa l-programm.

Fil-programm, il-familji, in-negozji, il-ħwienet, il-każini, il-kumpaniji, l-għaqdiet u nies oħra setgħu jagħtu pleġġ ta' €500 jew iktar biex jgħinu lir-residenti fil-bżonnijiet tagħhom.

Minn qalbna, nirringrazzjawkom talli tajtu d-donazzjonijiet tagħhom f'Xarabank tal-lejla. Grazzi talli kontu protagonisti f'din il-kawża ġusta!

Ritratt: Id-Dar tal-Providenza

No comments:

Post a Comment