best deal

Wednesday, 27 June 2018

"Ma stajtx ngħid le lit-tfal u liż-żgħażagħ bi problemi ta' saħħa mentali"


Best Deal Properties ħa tkun qed tikkordina l-proġett biex tara li dan jitlesta b'mod effiċjenti.



Il-Ġimgħa li għadda, f'Xarabank tellajna programm biex timtela dar mogħtija mill-Knisja lil Richmond Foundation għal tfal bi problemi ta' saħħa mentali bl-affarijiet u bil-ħin. F'dan il-programm stedinna n-nies tan-negozju biex jagħtu affarijiet u prodtti tagħhom għal din id-dar. Barra minn hekk, ħaddiema bħal electricians, ħaddiema tal-kostruzzjoni, plumbers, tal-madum, offrew li jagħtu s-sigħat biex b'hekk din id-dar tkun tista' tilqa' tfal u żgħażagħ b'kundizzjonijiet tas-saħħa mentali.

Best Deal Properties offreew li jikkordinaw dan il-proġett kollu biex dan jitlesta kollu bla ebda problema. Dwar dan aħna tkellimna ma' Erksine Vella minn Best Deal Properties li huwa żviluppatur Malti tal-propjetà. Kull sena Best Deal Properties, minkejja l-ħafna xogħol li għandhom, jagħmlu mezz biex jgħinu lil ħaddieħor b'xogħolhom stess. U din is-sena daħlu għal dan il-proġett ta' Richmond Foundation. 

"Permezz ta' kuntatti li għandna biex nagħmlu reklamar, jafu li kull sena nipprovaw nagħmlu xi ħaġa biex ngħinu lil ħaddieħor. Ġew ipproponewli biex niltaqa' ma' Peppi Azzopardi u ma' Stephania Dimech, CEO ta' Richmond Foundation. Meta qaluli bil-proġett, ma stajtx ngħid le, li ma nipprovax ngħin, iktar u iktar meta huwa sensittiv ħafna."

Best Deal Properties ħa jimmaniġjaw il-proġett kollu. "Għandhom binja enormi u ħa nieħdu ħsieb il-project management, kif se jaħdmu l-ħaddiema u naraw li kollox se jimxi pass pass biex din titlesta. Aħna lesti li ngħinu b'mod finanzjarju u bl-esperjenza minħabba li huwa x-xogħol tagħna. Meta smajniehom jitkellmu fuq dawn il-problemi mentali li jaraw bid-dmugħ f'għajnejhom, bqajt impressjonat. Jiena mill-ewwel għedt 'iva' biex ngħinuhom, u dak il-ħin lanqas għedtilhom biex jagħtuni ċans ħa naħsibha, u naf li anke Chris kien se jgħid iva."

"Hija sfida kbira, speċjalment meta aħna għandna ħafna xogħol għaddej u impenjati ħafna. Però meta tara dik it-tip ta' atmosfera fil-programm fejn in-nies bdew iċemplu biex jgħinu, iktar tħeġġiġti biex nagħmlu din il-biċċa xogħol," itemm jgħidilna Erskine.

No comments:

Post a Comment