best deal

Thursday, 7 June 2018

"Mhux waħda jew tnejn imma 'l fuq minn 100 operazzjoni kellhom jagħmluli" - Damian


Damian sa issa għamel 'il fuq minn 100 operazzjoni. 



Il-kundizzjoni ta' Damian hija rari ħafna. "Hija marda fl-għadam. L-għadam tiegħi dgħajjef wisq. Allura jinqasmu biċċiet tal-għadam u dawk jiġu mikrobi u jkolli infezzjoni, u ġieli jkollu jneħħi biċċa minn subgħajja. Però mhux dejjem l-istess," jispjegalna Damian.

Ommu tgħidilna, "Kull darba li narah ngħid, 'Imma kif kellu jkun hu?' Jiena xtrajtu bħalma xtrajt lill-oħrajn, mexa bħalma mxew l-oħrajn. Sa 3 snin u nofs kellu ħajja normali ħafna u mbagħad sirna nafu x'għandu. Ta' dik l-età kellu l-ewwel operazzjoni, biċċa minn subgħa kienet. Lil ommi bdejt ngħidilha, 'Qed joħduli minnu.'"

"Mhijiex ċajta ta. Mhux waħda jew tnejn imma 100 operazzjoni u waħda," jistqarr Damian. 
Ma' dan, ommu żżid tgħid kif ma tistax tidra li filli tara lil binha imqajjem u filli tarah jaqleb għajnejh.

Ritratt: Omm Damian
Wara li għamel il-100 operazzjoni, lil Damian jgħidulu li waslet l-operazzjoni li jmiss. Din id-darba riedu jaqtgħulu siequ l-oħra. "Iebsa wisq. Kulħadd jgħidlu, 'Nixtieq nagħtik sieqi.' Jien ngħidlu, 'Għaliex ma ħadtx tiegħi u ħallejt lilu normali?' Ma għamel xejn ħażin. Dik il-mistoqsija li jkollok, 'X'għamel? Għaliex hu?'

Għada Damian u Justine se jkunu qed jirrispondu t-telefowns. Għalhekk għada f'Xarabank, tinsiex tgħin lid-Dar tal-Providenza.

No comments:

Post a Comment