best deal

Sunday, 3 June 2018

"Pa diġà qiegħed nofs triq. Ibqa' ġġieled." - Leah


Leah Schembri tgħaddi messaġġ lil missierha, Simon Schembri, il-Pulizija li ftit ġimgħat ilu ttajjar minn ġuvni ta' 17-il sena waqt il-qadi ta' dmirijietu.


F'post imqanqal fuq Facebook Leah kitbet kemm missierha huwa importanti għalihom. "Inti tajtni l-ħajja, kabbartni, libbistni, iggilidt għalija, żammejtni, għajjat miegħi, imma fuq kollox ħabbejtni bla ebda kundizzjoni. M'hemmx kliem biżżejjed biex niddeskrivi kemm inti importanti għalina u kemm qed tħalli impatt qawwi fuq ħafna nies."

Qalet li issa jmiss lilhom li jkunu hemm għalih. "Issa jmiss aħna li nkunu hemm għalik. Diġa' qiegħed nofs triq. Ibqa' ġġieled. Aħna lkoll qegħdin hemm għalik. Grazzi talli qed tagħmel li tista' biex tgħix għal sħabek imma iżjed importanti għal familtek. Inti eroj, gwerrier u rebbieħ," temmet tgħid Leah.

No comments:

Post a Comment