
Tista' timmaġina ħangar tal-ajruplan jiġi trasformat biex iddoqq orkestra?
Grupp ta' piloti, ħaddiema tal-kabina tal-ajruplan, inġiniera fost oħrajn ingħaqdu flimkien bħala orkestra tal-Lufthansa. Dawn il-mużiċisti ġejjin kollha minn madwar il-Ġermanja, però fosthom hemm Maltija, Maxine Scicluna, inġiniera mal-Lufthansa Technik Malta, u li hi vjolinista ma' din l-orkestra.
![]() |
Ritratt: Maxine Scicluna |
Imma kif jirnexxilhom jiltaqgħu la kollha minn madwar il-Ġermanja, u hi l-unika Maltija? "Il-fatt li kulħadd ġej mill-Ġermanja kollha u jiena Maltija, loġistikament diffiċli biex niltaqgħu. Però kulħadd jagħmel l-isforz tiegħu u jaqbad l-ajruplan biex nagħmlu żewġ weekends li fihom nippreparaw minn qabel biex naħdmu tajjeb matul dawk il-ġranet."
Però din il-ġimgħa se jingħaqdu flimkien ġewwa Malta! "Fl-aħħar il-ħolma tagħna se ssir realtà għax ġejjin kollha Malta. Dan għaliex Lufthansa Technik Malta għalqet 15-il sena u l-orkestra ħa tkun parti miċ-ċelebrazzjoni t'għada fejn se ndoqqu fil-ħanger bħala ċelebrazzjoni għall-istaff."
Inti wkoll se jkollok ċans opportunità li tara lil din l-orkesta. Nhar is-Sibt 9 Ġunju se jittella' kunċert f'Dar il-Mediterran, bħala parti mill-programm ta' Valletta 18 fejn se jindaqqu diski klassiċi, li tant huma tal-widna li se jolqtu lill-pubbbliku żgur għax se jkun hemm anke siltiet minn ta' James Bond. Ibbukkja l-biljetti tiegħek billi tagħfas hawnhekk u għal iktar informazzjoni idħol hawnhekk.
No comments:
Post a Comment