best deal

Thursday, 21 June 2018

"Proset ibni. Kburija ħafna bik. Ibqa' sod għax irxoxtajt."



Fabrizio lbieraħ gradwa mill-programm tal-Caritas, wara li kellu l-vizzju tad-droga.


Fl-2015, Fabrizio kien ħasad lil kulħadd meta f'Xarabank żvela li kien ilu snin bi problema tad-droga.

"Meta ħadt id-droga, jiġifieri meta bdejtha, il-feeling kien sabiħ. Però meta tibda tieħu, tibda tidħol ġo fik, u hemmhekk tiġi addict." Bla ma induna, id-droga bdiet teqirdu ftit ftit. "Il-motivazzjoni tiegħek tispiċċa determinazzjoni, titlef il-valuri u tispiċċa ma temminx iktar fik innifsek." Fabrizio kien spiċċa jieħu d-drogi kuljum. "Meta tibdieha, imbagħad dejjem tkun trid iktar u iktar, u mbagħad tiġi fil-miżerja li titlef kulma tkun bnejt f'ħajtek."

"Illum il-ġurnata nerġa' nħossni li qiegħed ngħix. Għandi paċi f'qalbi. Erġajt għandi dik id-determinazzjoni, il-motivazzjoni u rrid nerġa' nkun dak il-Fabrizio li kont qabel ma missejt ma' dawn l-affarijiet. Kieku nista' mmur lura, żgur ma noħodhiex l-ewwel darba għax naf xi jiġifieri."



Xahrejn ilu Fabrizio kien spjegalna kif Ġesù sar parti minn ħajtu proprju meta sabu l-Caritas. "Jiena sibt lil Alla f'ħajti meta kont qed nattendi d-dar tal-knisja tal-Caritas. Kien ikollna sessjonijiet u darba ngħatajna Bibbja. Dak il-ħin għedt, 'Jien ippruvajt kollox f'ħajti, ma nippruvax din?' U minn dakinhar 'l hawn ma waqaftx naqra l-Bibbja, kemm filgħodu u kemm filgħaxija. B'mod regolari nżomm kuntatt miegħu u nirringrazzjah ta' dak kollu li jagħtini matul il-ġurnata."

Kien spjegalna kif permess ta' Ġesù f'ħajtu, kien jegħleb it-tentazzjoni li tiġi biex jieħu d-droga. "Meta ġieli kien jgħaddili ħsieb ta' meta kont nuża, kont inrodd salib u ngħidlu, 'Please, neħħili dan il-ħsieb minn moħħi.' U l-ħsieb dak il-ħin stess jitlaq."

Ilbieraħ Fabrizio gradwa mill-programm tal-Cartias u jgħaddi messaġġ lil kull min qed ibati mill-vizzju tad-droga. "Ilbieraħ gradwajt mill-programm tal-Caritas imma fil-verità mil-lum se jibda l-programm. Nafu kemm il-problema tad-droga hija kbira. Però ngħidilhom biex jagħmlu kuraġġ għaliex mhijiex impossibbli, però ma tkunx impossibbli jekk temmnu li tridu tagħmlu xi ħaġa u li tirrikorru wkoll għall-għajnuna. Diffiċli biex tagħmilha waħdek. Ngħidilhom biex jagħmlu kuraġġ għax il-ħajja hija sabiħa, hija diffiċli vera, imxu ġurnata b'ġurnata u biex iħarsu 'l quddiem għall-ħajja aħjar." 

Ommu Anna fuq Facebook kitbet hekk: "Proset ibni. Kburija ħafna bik. Ibqa' sod għax irxuxtajt. Grazzi o Alla. Inħobbkom uliedkom. Grazzi Caritas. Kuraġġ lil min beda l-programm u lil dawk ukoll li qegħdin jaħsbuha. Kuraġġ ukoll lill-familjari tagħhom. Twarbuhomx, jekk jogħġbkom."

Fabrizio jirringrazzja lill-Caritas għall-għajnuna li tawh.

3 comments:

  1. A big fat wow to you fabrizio for gaining the power to get rid of those nonsense useless rubbish of the drugs. You make Malta feel proud of you in every single minute.....Well done

    ReplyDelete
  2. Proset Fabrizio. Gesu dejjem mieghek. Issa int aghti milli rcevejt u tkompli taqla minghanDu. God bless xxx

    ReplyDelete
  3. Bonġu ħabib tieghi.
    Għandek bżonn urġenti ta 'self kummerċjali jew Self Personali?
    Int kontinwament nieqes minn flus kontanti minħabba li int imċaħħad minn self mill-bank tiegħek jew istituzzjonijiet finanzjarji oħra minħabba kollateral insuffiċjenti, proporzjon ta 'dejn għal dħul, punteġġ baxx ta' kreditu, rata ta 'imgħax għolja jew kwalunkwe raġuni oħra?

    Għajjien bis-sitwazzjoni finanzjarja attwali tiegħek? Għandek bżonn spinta mill-finanzi tiegħek? Int għajjien li dejjem tmur fil-bank jew tistenna s-self tiegħek biex tikseb approvat mill-banek tiegħek jew istitut finanzjarju ieħor? Tixraqilhom soluzzjoni aħjar.

    Pinnacle Group Financial hawn b'linja ta 'kreditu li tista' tgħinek issegwi l-għanijiet finanzjarji ġenerali tiegħek.

    Ma ’Pinnacle Financial Group, tista’ tikseb self għal biss 3 fil-mija tar-rata tal-imgħax.
    Tista 'tissellef sa 10 miljun.
    Tista 'tikseb self tal-għażla tiegħek fi instant.
    Tista 'Agħżel bejn sena sa 30 sena biex tħallas lura.
    Ikollok self kullimkien u f'kull ħin fil-kumdità tiegħek stess.

    Aħna nwettqu kull tip ta 'servizzi ta' self, aħna veloċi, affidabbli, ta 'min jafdaha u wkoll approvazzjoni faċli f'inqas minn 24 siegħa.

    Applika għal self illum; ikkuntattjana permezz ta ’dan l-indirizz elettroniku biex tkun taf aktar dwar l-offerta tas-self tagħna:
    Email: pinnaclefinancegroupinc@gmail.com

    Sincerament
    Marcus & Millichap
    CEO, Pinnacle Financial Group.

    ReplyDelete