best deal

Wednesday, 6 June 2018

Rita tista' ċċaqlaq biss għajnejha


Tiftakruhom lil Paul u lil Rita fil-programm tal-ALS?

Rita bil-marda ma tiċċaqlaqx u ċċaqlaq biss għajnejha. Rita tikkomunika permezz ta' kompjuter li tmexxih b'għajnejha. Id-Dar tal-Providenza tgħin lil Rita permezz tal-pool

Paul jgħidilna, "Iġibuha d-Dar tal-Providenza u jniżżluha fil-pool għax it-terapija fil-pool tajba ħafna. Tagħmel xi 3 kwarti fil-pool. Rita tgħidli li tħossha tajba ħafna ġol-pool."

Rita ilha marida 15-il sena. Paul jiftakar meta telgħu għall-kura l-Ingilterra. "Kif konna hemm bdejna nħarsu lejn xulxin. Imbagħad beda jitkellimna l-professur u bdejna nibku xħin beda jgħidilna minn xiex tikkonsisti l-marda. Il-ħajja tagħna nbidlet għax bsart li se jkun hemm ftit tama imma ma kellna xejn. Imbagħad inżilna Malta u jien kont ħażin ħafna," jgħidilna Paul.

Paul jiddeskrivi lil Rita, u Rita twieġeb kif tista' bi tbissima. "Rita mara kwieta, mhux bħali. Tgħinna ħafna lilna għaliex qisha supervisor fuqna. Rita ħajti." Minkejja li għal kundizzjoni ta' Rita m'hemmx fejqan, Paul jibqa' jittama. "Jiena dejjem ngħidilha biex tagħmel kuraġġ, forsi jsibu xi ħaġa, xi ħaġa li tfejjaq. Aħna dejjem nittamaw minn ġurnata għall-oħra."

Grazzi talli nhar il-Ġimgħa f'Xarabank, bit-telefonata tiegħek, se tkompli tgħin lil Rita, u lid-Dar tal-Providenza.

No comments:

Post a Comment