best deal

Friday, 22 June 2018

Timtela d-dar għal tfal bi problemi ta' saħħa mentali


Timtela d-dar mogħtija mill-Knisja lil Richmond Foundation għal tfal bi problemi ta' saħħa mentali bl-affarijiet u bil-ħin.

Waqt il-program Xarabank, stedinna n-nies tan-negozju biex jagħtu affarijiet u prodotti tagħhom għal din id-dar. Barra minn hekk, ħaddiema bħal electricians, ħaddiema tal-kostruzzjoni, plumbers, tal-madum offrew li jagħtu s-sigħat biex b'hekk din id-dar tkun tista' tilqa' tfal u ż-żgħażagħ b'kundizzjonijiet tas-saħħa mentali.

F'intervent telefoniku Dr Chris Fearne ħabbar illi bħala Gvern, bħala dipartiment tas-saħħa, ħa jkun qed jagħti flus lil Richmond Foundation biex ikunu jistgħu jagħtu dan is-servizz mingħajr ħlas lill-pazjenti Maltin.

Grazzi lil dawn il-kumpaniji li qed taraw il-logos tagħhom fir-ritratt ta' hawn taħt kif ukoll lil dawn il-ħaddiema kollha li se joffru s-sigħat tagħhom.

No comments:

Post a Comment