best deal

Wednesday, 6 June 2018

X'inhuma l-aħjar basktijiet għall-irġel?


Ġimgħa oħra jaħbat jum il-missier, u jekk għadek ma tafx x'se tixtri lill-papà tiegħek, se nagħtuk dawn l-ideat!


Fejn qabel konna naraw iktar lin-nisa li jġorru baskett magħhom, illum saret moda li anke l-irġiel ikollhom baskett magħhom.

Hekk kif fadal biss 9 ijiem għall-jum il-missier, aħna tkellimna ma' Sarah Spiteri, l-Operations Manger tal-kumpanija AP Spiteri Limited li għandhom il-ħwienet ta' Sands, fuq x'inhuma l-aħjar basktijiet għall-irġiel.



Sarah tispjegalna kif dan jiddependi mix-xogħol li jagħmel il-missier. "Għandna ftit minn kollox u dan jiddependi minn dak li jagħmel il-missier. Bħala basktijiet li huma l-aħjar għall-irġiel għandna dawk li huma żgħar li tista' tqiegħed fihom tablet, wallet u ċwievet. Baskijiet tajbin ukoll għall-irġiel huma l-kbar, li fihom jistgħu jitqiegħdu wkoll laptops, basktijiet tal-ivvjaġġar u backpacks." Però għand Sands, ma ssibx biss basktijiet, iżda anke wallets

Sands jispeċjalizzaw fil-ġilda, kwalità tajba li biha baskett jibqa' jservik għal ħafna żmien. "Il-maġġor parti ta' xogħolna huwa ġilda. Għandna kollezzjonijiet oħra li mhumiex tal-ġilda, però li huma ta' prezzijiet irħas imma ta' kwalità tajba."

Però l-irġiel qed ifittxuhom il-bastijiet? "L-irġiel saru jfittxuhom dawn il-basktijiet, u fil-fatt saru ħafna iktar popolari. Fil-fatt 50% tal-klijenti tagħna huma rġiel. Kull sena nżidu l-varjetà u l-bejgħ tal-basktijiet tal-irġiel. Huma konvenjenti ħafna għax illum sirna ngħixu ħajja mgħaġġla ħafna, u n-nies qed jivvjaġġaw iktar minn qatt qabel. Allura ma għadekx tista' tqiegħed kollox fil-but!"

Imma għala għandek tmur għand Sands? "Aħna nispeċjalizzaw fil-ġilda, għandna prezzijiet kompettivi, u għandna ssib basktijiet li ma ssibx fi ħwienet oħra, bħal dawk ta' Beverly Hills Polo Club. Aħna nipprovaw nbigħu l-aħjar kwalità għall-inqas prezz, u bl-aħjar servizz."




Żur il-ħwienet ta' Sands li jinsabu fl-Embassy Shopping Complex il-Belt Valletta (level 0), il-Mosta fi Triq il-Kostituzzjoni, u f'Islets Promenade f'Buġibba biex tixtri l-aħjar baskett għal missierek. Għal iktar informazzjoni, ibgħat imejl fuq info@sandsmalta.com, idħol fuq il-paġna tagħhom hawnhekk jew ċempel fuq 79593787.


No comments:

Post a Comment