best deal

Thursday, 5 July 2018

ARA L-FILMAT: Din Joseph ma jiħux pjaċir biha


Aħna morna ma' Michelle Muscat f'nofs ta' baħar insegwu l-aħħar jum tat-training.


Nhar is-Sibt li ġej Michelle Muscat se terġa' tagħmilha. Se tgħum 12-il kilometru. Distanza itwal minn tas-sena l-oħra. 

Qabel l-aħħar prova, kellimnieha. "Aħna ġejna hawnhekk biex nawgurawlek l-ewwel nett. Din is-sena qed nissapportjawha iktar għax għedtilna li l-ewwel €50,000 miġbura se jmorru għal Richmond Foundation," jgħid Peppi Azzopardi. "Aħna kuntenti ħafna li dak il-programm mar tajjeb ħafna. Kif għedna dawn il-€50,000 imorru ġo fond u mbagħad imorru għal dawn it-tfal għall-affarijiet li jkollhom bżonn," tispjega Michelle Muscat.

Din l-għawma ħa tkun l-itwal waħda li Michelle Muscat ħa tkun għamlet s'issa. Din se tkun itwal id-doppju mill-ewwel għawma li għamlet. Imma kif jaħsibha Joseph Muscat li martu ħa terġa' tagħmel din l-għawma? "Ma jiħux pjaċir biha din. Jgħidli, 'Ma nafx kif ivvintajtha din.' La hu u lanqas it-tfal ma jieħdu pjaċir. Ikollu ġenn biex din l-għawma tgħaddi."



Bis-saħħa ta' missierha, Michelle tħobb ħafna l-baħar. "Il-papà tiegħi kien il-bniedem li dejjem kien jitfagħni ġol-ilma, meta jmur jistad. Illum il-ġurnata ovvjament kiber u jinkwieta."




Michelle ġieli tibża' li mhux se jirnexxilha tagħmilha. "Dejjem nibża' li mhux se jirnexxili. Anke llum nibda ngħid li nispera li nagħmilha għax mhux dejjem l-istess. Kull darba li nagħmel, dejjem tkun differenti. Il-kurrenti jkunu differenti, il-bram, minn kollox u anke kif tħossok inti. Jiena nitlob waqt li nkun qiegħda ngħum."


Is-Sibt li ġej Michelle Muscat se tgħum b'risq Marigold Foundation li tgħin lil persuni b'mard rari, atleti tal-ispecial olympics, taħdem fil-qasam tal-awtiżmu, tgħin lil vittmi ta' kriminalità u tagħti għajnuna lil ħafna NGOs oħra.


Wara ftit aktar minn 4 sigħat tgħum, Michelle tasal l-għadir. Issib lil Daniel minn Richmond Foundation li tgħidilha, "Grazzi talli ħa tagħmel din l-għawma għal Richmond Foundation." Kif tħossha Michelle Muscat li lestiet l-aħħar prova tagħha. "Għajjiena imma għamiltha f'4 sigħat u 20 minuta. L-aħħar naqra tibda tarah żejda imma tipprova ma taqtax qalbek."




Għal din l-aħħar prova, ġew ukoll it-tfal jissapportjawha. U nhar is-Sibt li ġej Etoile u Soleil se jissapportjaw lil ommhom.




Ċempel 51702052 - €15.00
              51802053 - €25,00
Ibgħat SMS 50619238 €11.65

VO/0942



Jekk trid tgħin ixxerja dan l-artiklu. Grazzi. 


Filmati: Matthew Vassallo
Muntaġġ: Mandy Micallef Grimaud

No comments:

Post a Comment