Gianella u Andreas huma koppja miżżewġa. Koppja bħal kull koppa oħra, minkejja li huma deaf.
Lil Gianella u lil Andreas konna ltqajna magħhom 4 snin ilu meta żżewġu. Illum 4 snin wara erġajna għamilna nofstanhar magħhom. Xħin dħalna kienu qed jaraw film u sibniehom jikkummentaw fuqu bil-lingwa tas-sinjali.
U kif jindunaw li qed iċemplilhom xi ħadd? Minħabba li ma jisimgħux, Gianella għandha app fuq il-mowbajl u malli jdoqq jibda jixgħel u jpetpet it-torch. Minħabba li ma tistax tirrispondih, għaliex ma tisimgħux, Gianella tibgħat messaġġ.
Meta Gianella tkun fuq fil-kamra tagħha, ommha ma tistax tgħidilha biex tinżel minħabba li ma tismagħhiex, allura għandhom sistema ta' kif jixegħlu u jitfu d-dawl, biex Gianella tinduna li qed issejħilha ommha minn isfel.
Li ma tafux s'issa hu li Andreas Ċiprijott. Minkejja li s-sinjali tal-lingwa ta' Ċipru, hi differenti minn dik ta' Malta, xorta sabu mod kif jikkomunikaw u jinħabbu. "Jien kont parti mid-Deaf Club ta' Malta u hu kien parti mid-Deaf Club ta' Ċipru. Fl-2009 l-Club ta' Ċipru kien ġie hawn Malta u ltaqa' mad-Deaf Club ta' hawnhekk, u bdejna naraw fejn ħa mmorru flimkien. Hu mill-ewwel ħa grazzja miegħi imma jiena ma indunajtx. Kellhom jgħiduli sħabi.
Bdejt ngħid li din se tkun diffiċli għax il-lingwa hi diffiċli u l-lingwa tas-sinjali ta' Ċipru hi differenti minn dik ta' Malta. Bdejt ngħid kif ħa nikkomunikaw flimkien? Imbagħad bdejt nistudja l-lingwa tas-sinjali ta' barra u permezz ta' Facebook bil-vidjows bdejna nikkomunikaw flimkien."
Minkejja li huma deaf xorta jagħmlu l-affarijiet ta' kuljum bil-mod tagħhom. Din il-koppja turina kemm l-imħabba m'għandhiex ostakli, l-imħabba m'għandhiex bżonn pajjiż, l-imħabba m'għandhiex bżonn kliem. L-imħabba hija waħda, l-istess għal kulħadd.
Filmat: Ivan Zarb Ferrante
Muntaġġ: Mandy Micallef Grimaud

Harrah's Philadelphia Casino & Racetrack
ReplyDeleteLocated at the Chester/Chester 포항 출장안마 area, this 순천 출장샵 casino is close to 포항 출장안마 Harrah's Philadelphia Casino & Racetrack. The property is located at 1 Casino 의왕 출장샵 Drive, Chester, Rating: 창원 출장샵 4.7 · 29 reviews