best deal

Monday, 9 July 2018

Dan il-ġuvni għamel tattoo ta' Ira Losco, iltaqa' magħha u ħadet ritratt mat-tattoo


Joseph Barber Bonavia għandu tattoo ta' wiċċ Ira Losco fuq idu x-xellugija.


7 xhur ilu, Joseph għamel din it-tattoo li qed taraw fir-ritratt tal-faċċata. Bla dubju ta' xejn, nistgħu naslu għall-konklużjoni li Joseph iffissat fuq il-Eurovision, tant li mhux wiċċ Ira biss għandu, iżda wkoll il-logo tal-Eurovision fuq sidru.



Fil-jiem li għaddew, Joseph iltaqa' ma' Ira Losco u hi ħadet ritratt mat-tattoo. Qabel ma tagħmel tattoo, normalment iddum ittella' u tniżżel jekk tagħmilx tattoo b'wiċċ xi ħadd fuqek, sakemm ma tkunx ċert. 




Ira Losco kienet qaltilna li kien ċert fuq li ċert li ried jagħmilha u kien kellimha qabel ma għamel it-tattoo. "Kont saqsejtu jekk hux ċert mid-deċiżjoni li qed jagħmel għaliex din xi ħaġa permanenti. Meta staqsejtu qalli, 'Ċert fuq li ċert li rrid nagħmilha ... jekk mhux tiegħek ta' min?' Vera kuntenta u impressjonata bil-lealtà tal-fans. Din turi kemm il-mużika hija b'saħħtiha u kemm għandha impatt qawwi fuq min jismagħha."

Joseph kien sema' b'Ira Losco l-ewwel darba fl-2000, bil-Malta Eurovision Song Contest. Minn dak iż-żmien, baqa' jmur jaraha kull fejn tkanta, beda jsegwiha u jqasqas kull biċċa minn gazzetta jew rivista li jkollu l-isem jew ir-ritratt ta' Ira fuqu.





Aħna konna kellimna lil Joseph li kien qalilna li Ira hi l-idolu tiegħu. "Tirrappreżenta kull mara tas-soċjetà Maltija. Biżżejjed tara l-affarijiet li tagħmel f'kampanji favur l-annimali u kontra l-vjolenza domestika, pereżempju. Dejjem turini kemm hi bniedma b'saħħitha, speċjalment meta telgħet għall-Eurovision; bit-takkuna u tiġri minn intervista għal oħra b'5 xhur tqala."

Kien ilu joħlom li jagħmel tattoo għaxar snin iżda minħabba l-biża' tiegħu mil-labra kien joqgħod lura. Però wara li kien għamel it-tattoo tal-logo tal-Eurovision, li hi l-ewwel tattoo li għamel, ma baqax jibża' u għamilha.

Però t-tattoo mhijiex l-unika ħaġa li għandu t'Ira. Kif tistgħu taraw mir-ritratt t'hawn isfel, Joseph għandu ħafna affarijiet ta' Ira.





Fil-jiem li għaddew, Ira Losco ħarġet double album bl-isem ta' No Sinner No Saint. Meta tnieda dan l-album, aħna morna hemmhekk, għamilnielha lista ta' personalitajiet u konna staqsejnieha jekk taħsibx li huma sinners jew saints. Araw x'kienu qalulna fil-filmat t'hawn taħt:



Jekk inti fan ukoll t'Ira, agħfas 'share' u għidilna għala inti fan tagħha billi tikkummenta hawn taħt.

No comments:

Post a Comment