best deal

Monday, 9 July 2018

Dan il-ġuvni kkonvinċa lill-Ġnus Magħquda żżid il-Malti



B'imejl waħda, Omar Rababah irnexxielu jikkonvinċi lill-Ġnus Magħquda biex tħalli lin-nies itellgħu filmati tagħhom jaqraw id-drittijiet umani bil-Malti.



Kien f'Novembru li għadda meta Omar, li huwa social worker u attivist tad-drittijiet umani, kien qed ifittex fuq is-sit tal-Ġnus Magħquda, u lemaħ sessjoni li fiha n-nies jistgħu jaqraw id-drittijiet umani bil-lingwa tagħhom, u jtellgħu filmat tagħhom jagħmlu dan fuq is-sit tal-Ġnus Magħquda.

Omar tħajjar li jaqra dawn id-drittijiet bil-Malti imma induna li l-Malti mhux imniżżel mal-lingwi oħra u dak il-waqt ħass il-bżonn li jibgħatilhom imejl. 

"Kont qiegħed waqt lekċer li fiha konna qed nittrattaw id-drittijiet umani. Dħalt fuq is-sit tal-Ġnus Magħquda biex infittex fuq dawn id-drittijiet. Indunajt li għandhom sessjoni fejn tista' tirrekordja lilek innifsek taqra d-drittijiet umani bil-lingwa tiegħek. L-idea għoġbitni u għedt issa nirrekordja lilli nnifsi ħalli jkun hemm bil-Malti ukoll. Għafast il-lista ta' fejn hemm il-Malti, u pprovajt insib il-Malti iżda dan ma kienx imniżżel fiha."

"Ktibtilhom imejl li fiha staqsjethom jekk hemm xi żball. Bagħtuli lura u qaluli li l-Malti mhuwiex qiegħed hemm għax hemm biss il-lingwi li jiġu mitkellma iktar minn 3 miljun ruħ. Weġibtha u għedtilha li dan mhuwiex sew għax il-lingwa Maltija hija unika, ta' pajjiż sħiħ, li ma tiġi mitkellma fl-ebda pajjiż ieħor u hija lingwa rrikonoxxuta bħala waħda uffiċjali mill-Unjoni Ewropea. Għedtilhom li qishom qed jiddiskriminawna, u li inbilli aħna żgħar, aħna pajjiż uniku," jirrakkontalna Omar.






Il-Ġnus Magħquda infurmatu li se tagħmel mill-aħjar li tista' biex iżżid il-Malti mal-lista tal-lingwi, iżda avżatu li din tista' tkun diffiċli minħabba nuqqasijiet ta' riżorsi umani. Fil-fatt Omar dam għal madwar 7 xhur bla ebda risposta. 

Però 5 ijiem wara, irċieva imejl li fiha ġiet infurmat mill-Ġnus Magħquda li se żżid il-Malti, u ħeġġitu biex jibgħatilha filmat tiegħu jaqra d-drittijiet umani bil-Malti.


U kif qed iħossu Omar issa li semgħuh? "Inħossni kburi li għamilt xi ħaġa żgħira li swiet ta' ġid għal Malta u għal-lingwa tagħna."

Jekk tħobb il-lingwa Matlija, agħmel 'share'. 

1 comment:

  1. Dan iz-zaghzugh ghamel xi haga sabieha ghal pajjizu u fuq dan haqqu prosit imma fl'opinjoni tieghi huwa hela ta hin u flus min jibqa jinsisti fuq kwalinkwe lingwa. Alla biss jaf kemm jithallsu taxxi fl-ewropa biex inhallsu ghal kull pubblikazzjoni u 'translators' biex kull publikkazjoni johrog bil lingwi kolla. Lingwi huma sbieh bhala tradizzjoni imma ejja ma nibqghux nuzaghom bhala ostakolu. L-Ingliz saret il-lingwa ufficcjali u wasal iz zmien li naccetawa. Id dinja tkun post hafna ahjar kieku kulhadd jitkellem l-istess lingwa. L-unici nies li nifhem li ghandom jibqghu jiggieldu ghal-lingwi huma il professuri tal lingwi u it-'translators'. imma dawk qed jaraw l-interessi taghhom mhux ta min qed isofri ghax ma jistax jinftiehem jew ta 'misunderstandings' li jinholqu. (Probabbli ghandi elf zball fil-Malti f'dawn iz-zewg sentenzi imma ma jiddispjecinix ghax jekk inkunu onesti, il Malti (bhal hafna lingwi ohhra) ma ghandu ebda uzu.

    ReplyDelete