Wieħed mill-ħbieb ta' din il-klikka riċentament marad serjament b'tumur f'rasu. Ir-raġel huwa missier ta' żewġt itfal, u t-tumur li għandu qed ipoġġilu saħħtu f'ħafna periklu, u minħabba fih diġa' esperjenza problemi fil-mod kif jara u kif jitkellem.
Għalhekk din il-klikka ta' ħbieb inġabru flimkien biex jgħinu lil seħibhom jieħu l-kura u t-terapija kollha li għandu bżonn. Sabiex dan ikun jista' jseħħ, dan il-grupp qed jipprova jiġbor is-somma ta' €75,000. U sa issa diġa' rnexxielhom jiġbru €46,000!
Jekk bl-għajnuna tal-poplu jirnexxielhom jiġbru l-fondi kollha li hemm bżonn, dan ir-raġel jingħata tama ġdida sabiex ikun jista' jibqa' jgawdi lil uliedu, lil martu u lil din il-klikka ta' ħbieb li qed tagħmel li tista' biex jerġa' jġib saħħtu lura.
Jekk inti tista' tghin, agħti donazzjoni billi tagħfas hawn u mur 'DONATE NOW', jew billi tagħmel bank transfer fuq il-kont li qed jidher hawn taħt:
Bank Details: Bank of Valletta
Bank Number: 4002532441-7 Transfer Name: HOPE
Grazzi talli se tkunu ġenerużi.
Grazzi ta'L-appogg.
ReplyDelete