Ftit tal-ħin ilu tħabbret il-mewt tal-imprenditur Hugo Chetcuti.
Sitt ijiem ilu Hugo Chetcuti ddaħħal l-isptar wara li qala' daqqiet ta' sikkina minn Serb ta' 35 sena. Huwa kien fl-istabbiliment tiegħu fi Triq Santa Rita f'Paceville stess meta sofra ġrieħi gravi bid-daqqiet li qala'.
Hugo kien ilu mill-Ġimgħa jissielet għal ħajtu fl-isptar Mater Dei fejn sarlu intervent u għal ġranet sħaħ kien f'qagħda kritika.
Hugo kellu 52 sena u kien imprenditur ta' ħafna stabbilimenti, restoranti u lukandi.
No comments:
Post a Comment