Thursday, 5 July 2018
"Nippreferi nispara lejn it-tradituri" - Norman Lowell
F'diskors li kien għamel Norman Lowell li kien qed jikkritika kif ittieħdet id-deċiżjoni fuq l-insib, huwa qal li jippreferi jispara lejn it-tradituri. "Jiena qatt ma sparajt fuq għasfur jew mort nonsob. Nippreferi nispara lejn it-tradituri."
Aħna ċempilna u staqsejna lil Norman Lowell min huma dawn it-tradituri u weġibna hekk: "Huma ħafna biex insemmihom. Not enough lamp posts. There are too many to mention. Jekk nibda ma nispiċċax u għandi sa għada. Ma rridx li naħli l-ħin tiegħek. Mhux ħa nsemmi ismijet imma tista' tibda billi tħares madwarek, jekk qed tifhem x'qed nipprova ngħid."
Fid-diskors tiegħu, fost ħafna affarijiet, qal li l-Ewropa għandha tinbidel f'Imperium Europa. F'dan il-waqt huwa jirreferi għall-Ministru Helena Dalli bħala l-Ministru taż-żejżiet ugwali. "Aħna rridu nbiddluha u ndawruha f'Imperium Europa. Ewropa tar-reġjuni u tal-ġnus, Ewropa ta' diversità vera, mhux Ewropa uniformi, griża u ugwali kif trid il-Ministru taż-żejżiet ugwali."
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
Is-soltu diskors ta' xi hadd jew fis-sakra jew xi skorfina nieqsa.
ReplyDeletejiena fhimtu xi jrid jghid bihom dal kliem, ekk jitkellem tqil u ma tifmux sinjal li maluq u ma tafx xed jigri madwarek
Deletejaf x inhu jghid fis sakra sabih
ReplyDelete