best deal

Tuesday, 21 August 2018

6 affarijiet li għandek tagħmel biex issalva ħajtek jekk id-dar tiegħek tieħu n-nar



Kważi qatt ma taħseb x'jista' jiġri jekk id-dar tiegħek tieħu n-nar...sakemm vera tieħu n-nar! Aħna tkellimna ma' Noel Mallia, li huwa espert fin-nirien ġod-djar, u tana 6 pariri li għandek tieħu biex tkun ċert li d-dar ma tinqeridlekx bin-nar...u biex wara kollox, inti tibqa' ħaj!








1) Bibien ta’ kontra n‑nirien




Dawn il-bibien jeżistu, iva, u jifilħu jżommu n-nar ġewwa, biex jekk kamra taqbad in-nar, in-nar ma jgħaddix mill-bieb u ma jkollux ċans jinfirex għal ġol-kmamar l-oħra. Dawn il‑bibien jagħmluhom ukoll fil‑garaxxijiet, biex f’każ ta’ nar inti jkollok l‑inqas distanza possibbli biex toħroġ ’il barra b’mod sigur u bla ebda problema.


Minflok pum, dawn il‑bibien għandhom panic bar, ħalli f’każ ta’ nar kemm taqbad timbuttaha bla ebda sforz żejjed, u tibqa’ ħiereġ qisek mhux inti.



2) Sistema li tinduna li hemm in-nar (fire detection system)

Dan ikun apparat elettroniku (jgħidulu smoke detector) li jitwaħħal mas-saqaf ta' kull kamra. Jekk il-kamra tibda tieħu n-nar, l-apparat jinduna bid-duħħan, jixgħellek alarm u jibda jpetpet id-dawl biex javżak li għandek l-inkwiet.








U tista' twaħħal is-smoke detectors u l-bibien li semmejna qabel ma sistema waħda, u meta s-smoke detector jinduna li hemm id-duħħan, jiftaħlek il-bibien kollha li jkunu msakkrin, ħalli tkun tista' toħroġ mid-dar aktar malajr. U fl-istess ħin, is‑sistema mall‑ewwel tavża lid‑Dipartiment tal‑Protezzjoni Ċivil ħalli jiġu mill‑ewwel fuq il‑post jagħtuk l‑għajnuna.





3. Il‑buttuna li għandek tagħfas biex tallarma lil kulħadd

Jista' jkun li inti tinduna li qabad in-nar qabel ma jinduna s-smoke detector. F'dak il-każ, l-ewwel ma trid tagħmel hu li tipprova tikkontrolla n-nar (ara suġġeriment nru 4). Imma jekk ma tkunx tista' tikkontrollah, trid tavża lin-nies fid-dar biex joħorġu ’l barra! Biex tagħmel dan tista' tinstalla dik il-kaxxa ħamra li jkun hemm f'ħafna postijiet pubbliċi u li jkollha martell magħha. Jekk taqbad il-martell u tkisser il-ħġieġa, tixgħel l-alarm biex kulħadd ikun avżat.





4. Fire extingusher u fire blanket

Dawn ikunu mifruxin madwar il‑post biex malli inti tilmaħ nar żgħir tkun tista’ tikkontrollah, qabel dan jikber u b’hekk tnaqqas il‑ħsara li jista' jagħmillek fil‑post tiegħek, u tnaqqas il‑periklu li inti tweġġa’.






5. Id‑dawl tal‑emerġenza u s‑sinjali

Bin‑nar hemm ċans kbir li jmurlek id‑dawl tal‑post kollu. Allura trid tara li jkollok dwal mal-ħajt u emergency lights biex malli jinqata' d-dawl, dan jixgħel awtomatikament bil-batterija ħalli tkun tista' tara fejn inti sejjer biex issib triqtek ’il barra.



6) Ventilazzjoni Naturali


Din ħaġa inqas ovvja, imma tista' ssalvak. Il-ventilatur ta' fejn it-taraġ li jagħti għal fuq bejt, ħallih miftuħ, ħalli jekk jaqbad in-nar, id-duħħan joħroġ malajr minn ġol-binja u mhux jibqa' maqbud ġod-dar. B’din is‑sistema, hemm ċans iktar li ma tmutx għax ħafna drabi, in-nies li jmutu fin-nirien ma jmutux bin-nar, imma jmutu għax jifgaw fid-duħħan.



Jekk dawn is-suġġerimenti interessawk u trid iddaħħal xi waħda minnhom jew aktar fid-dar tiegħek, tista' tkellem lil Noel stess, li huwa project manager ma' Best Deal Properties. Noel u sħabu għandhom snin ta' esperjenza f'dan il-qasam u jinstallawlek kollox huma!

Noel Mallia

Imma allura bilfors għand Best Deal Properties trid tmur?! Ħeq...isma lil Noel jispjegalek hu stess... “Il‑klijenti nagħtuhom importanza kbira mhux għax qed jixtru mingħandna imma għaliex nagħmlu minn kollox biex is‑servizzi li nagħtu jibqgħu jgawduhom tul ħajjithom kollha. Wara li jixtru mingħandna, apparti li jkunu kuntenti bil‑prodotti li tajniehom, huma jkunu siguri u komdi fil‑post tagħhom f’kaz li jinqala’ xi ħaġa għaliex għandhom biżżejjed affarijiet  biex tiġi evitata diżgrazzja.”



Jekk trid tkun taf aktar dwarhom u dwar ix-xogħol tal-Best Deal Properties, tista' tidħol fuq is-sit tagħhom, u anke fuq il-paġna ta' Facebook tagħhom.


2 comments:

  1. kreditu ta ' ALAIN FESTOR

    Awguri
    Jisimni ADRIANA TANGUILA.
    Wasalt biex naqsam dan il-mument ta ’ferħ miegħek.
    Għadni kif irċevejt self ta '€ 30,000 mingħand negozjant kbir f'Malta-Franċiż.
    U kelli sodisfazzjon totali.
    Bħalissa jien l-iktar mara kuntenta fid-dinja.
    U grazzi kbira lil dan ir-raġel kbir.
    Kien Alla li poġġietu fit-triq tiegħi.
    U nasal biex naqsam din ix-xhieda miegħek.
    Ismu huwa ALAIN FESTOR.
    Huwa raġel li dejjem irrispetta l-obbligi tiegħu.
    Huwa raġel tal-kelma tiegħu, huwa wieħed tat-tip
    Jekk għandek bżonn tissellef il-flus, jekk jogħġbok ikkuntattjahom.
    Din hija lista effettiva ħafna ta 'nies b'dokumenti affidabbli.
    Għal aktar informazzjoni dwar din il-persuna,
    Ikkuntattjani permezz ta 'e-mail fuq: adrianatanguila132@gmail.com
    Jew ikkuntattja lill-kreditur tiegħek: alainfestor1955@gmail.com
    Grazzi ħafna

    ReplyDelete
  2. Jisimni Clyde Caruana, jien politiku Malti fi ħdan il-Partit Laburista, minn Novembru 2020 Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol.
    Il-faqar dejjem jikber li bħalissa qed iħawwad lill-umanità minħabba d-diversi mard u diżastri naturali qed jagħti daqqa vjolenti lill-popolazzjonijiet għax il-maġġoranza tal-ġenituri m’għadx għandhom biżżejjed mezzi finanzjarji biex jiżguraw id-diversi proġetti tagħhom u speċjalment biex jiżguraw il-miżati tal-iskola ta’ wliedhom. . Jien f’kollaborazzjoni mal-Fond Monetarju Internazzjonali u l-Unjoni Ewropea, flimkien ordnajna lill-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji biex tagħti fondi mhux rifondibbli lill-ġenituri bi proġetti konkreti iżda li qed ibatu biex jiksbuhom. Nitlobkom biex tafdaw l-organizzazzjoni billi tikkuntattjaw l-Email sabiex tibbenefika malajr minn fondi mhux rimborsabbli.

    Email: rosaemilieserge@gmail.com
    Email: rosaemilieserge@gmail.com
    Email: rosaemilieserge@gmail.com

    Grazzi

    ReplyDelete