
Il-kantanta Għawdxija Sarah Bonnici lbieraħ rebħet
il-Festival tal-Kanzunetta għall-Indipendenza fuq il-Fosos tal-Furjana.
“Il-Pinna,” kitibha Emil Calleja Bayliss u
kkomponietha Sarah flimkien ma’ Mark tagħna, ta’ Xarabank!
Il-kanzunetta qatt ma ssemmi lill-ġurnalista
maqtula Daphne Caruana Galizia b’isimha, imma hija mimlija referenzi kontinwi
għax-xogħol tagħha u l-mod kif ġiet maqtula.
“Nagħfas buttuna u fuq blog aplowdjat, f’kemm ilni
ngħidlek ma’ kullimkien ixxerjat,” tgħid il-kanzunetta meta tirreferi
għall-kontroversji li joħolqu l-ġurnalisti meta jikfxu stejjer jaħarqu.
Però l-messaġġ proprju tal-kanzunetta qiegħed
fil-kliem tar-ritornell, li jisħaq: “Le, il-pinna ma ssikktulix, le b’libelli
ma tbeżżgħunix.” Il-karba tiegħu kważi kważi qed tħeġġeġ lill-ġurnalisti l-oħra
biex jibqgħu jagħmlu xogħlhom tajjeb mingħajr ma jibżgħu mit-theddid ta’ min jipprova
jagħlqilhom ħalqhom.
Aħna tkellimna ma’ Mark tagħna li kiteb il-mużika
flimkien mal-kantanta: “Hija messaġġ għall-ġurnalisti biex ma jħallu lil ħadd
iwaqqafhom milli jagħmlu xogħlhom. Imma hija wkoll messaġġ għall-poplu li ma
jistax jagħlaq ħalqu quddiem it-tbatija ta’ min għaddej mill-inġustizzji. Hija reminder li f’demokrazija, il-poplu
għandu l-akbar poter, u kull darba li jħalli lil xi ħadd jagħlaqlu ħalqu, ikun
qed iċedi biċċa minn dak il-poter,” qalilna Mark. “Kull darba li nagħlqu
ħalqna, inkunu qed nitilfu biċċa mid-demokrazija, biċċa
mil-libertà tagħna u tat-tfal tagħna.”
Victoria Sciberras ġiet fit-tieni post u Sebastian Calleja ġie fit-tielet
post.
MERĦBA: IS-SELF BEJN INDIVIDWI SERJI U ONEST ONLINE
ReplyDeleteOfferta ta ’self bejn individwi malajr Self malajr biex ittemm l-inkwiet tiegħek f’inqas minn 72 siegħa Inti pprojbit mill-bank tiegħek u t-tentattivi kollha tiegħek f’oħrajn u istituzzjonijiet finanzjarji oħra s’issa ma taw xejn minħabba l-kreditu ħażin tiegħek ebda inkwiet ikkuntattjani u f'inqas minn 72 siegħa b'rata raġonevoli ta '2% fis-sena u fuq il-ħin ta' ħlas lura li jixraqlek nagħmlek is-self li jsalvalek ħajtek. Jekk jogħġbok ikkuntattjani bl-email: marialeydi06@gmail.com