best deal

Wednesday, 24 October 2018

Jekk tħobb iċċekċek u trid li ma jisimgħek ħadd, għandna soluzzjoni

Ħa nibdew minn hawn...meta ngħidu "ċċekċek," ma jfissirx iċċekċek il-borom jew il-platti. Tfisser iċċekċek! Tagħmel is-sess jiġifieri. Inħossu li rridu navżawk b'din il-ħaġa mill-bidu nett, għax jekk ma tifhimx din, mhu se tifhem xejn minn dan li ġej.


Dan li ġej se jgħin lilek li ma tridx tagħmel storbju żejjed u se jgħin lil ta' taħtek, ta' fuqek jew ta' maġenbek li tqażżu jisimgħuk kuljum iżżaqżaq is-sodda u tistabat mal-ħajt. U nħossu li minn issa għandna ngħidulek li jekk verament trid tgħix fil-paċi, in-nies tal-Best Deal Properties jistgħu jgħinuk l-aktar. B'dawn il-5 modi:



1. Aperturi tal-PVC double-glazed u bl-insulation.
Biex niftehmu, il-bibien u t-twieqi kollha tal-Best Deal huma huma magħmulin bi ħġieġ oħxon double-glazed li ma jgħaddi kważi l-ebda ħoss minnu, u fil-bibien stess hemm materjali apposta li jkomplu jnaqqsu l-ħoss. Dawn iwaħħluhom man-naħa ta' quddiem tad-dar, man-naħa ta' wara u max-xaftijiet.



2. Insulation fil-ħitan.
Ħafna drabi tisma' n-nies iċekċku mhux biss minn wara l-bibien, imma anke minn wara l-ħitan. U tibda tgħid: "Imma dawn x'saħħa għandhom mamma mia?! Biex anke minn ġol-ġebel qed nismagħhom!" Il-Best Deal jarmawk anke għal din l-eventwalità. Ġol-ħitan tagħhom, il-Best Deal Properties ipoġġu materjal apposta li jwaqqaf il-ħsejjes żejda milli jgħaddu minn ġol-ħajt. U jekk ma tistax tkisser il-ħajt biex tpoġġi dan il-materjal ġo fih, il-Best Deal joffrulek li jwaħħlulek gypsum boards kbar bl-istess teknoloġija fuq il-ħajt li diġà għandek.



3. Insulation mal-art.
Neħħewlek il-ħsejjes mill-bibien u t-twieqi. Neħħewlek il-ħsejjes mill-ħitan. Issa jonqos biss tneħħi l-ħsejjes tat-tkaken u n-nies jimxu u jċaqalqu l-għamara fuq rasek. Dawn huma kollha ħsejjes li jgħaddu minn ġol-art tiegħek (li tiġi s-saqaf ta' taħtek). U l-Best Deal għandhom soluzzjoni biex isikktu anke dawn il-ħsejjes. Li jagħmlu hu li jinstallaw bħal tapit taħt il-madum. Dan it-tapit huwa magħmul minn materjal apposta li jixrob ħafna mill-ħsejjes u ma jħallihomx jgħaddu minn sular għall-ieħor. Dan il-materjal jinstallawh anke mat-trufijiet tad-dar tiegħek, fejn l-art tiltaqa' mal-ħitan. B'hekk, il-ħoss mill-art jew is-saqaf ma jkunx jista' jmur fil-ħitan lanqas. U biex żgur ineħħu kull ħoss, il-Best Deal qed jużaw materjal ieħor flok torba. Materjal riċiklabbli li minnu nnifsu jiblokka ħafna ħsejjes.



4. Il-bibien ikunu solid.
Forsi xi darba kont qed iċċekċek fil-kamra tas-sodda u ndunajt li avolja kellek il-bieb magħluq, it-tfal kienu qed jisimgħu kollox minn wara l-bieb! X'mistħija. Waħda mir-raġunijiet għalfejn il-bibien jgħaddi ħafna ħoss minnhom huwa għaliex ikunu vojta minn ġewwa. Il-Best Deal jinstallawlek bibien solidi li jżommu l-ħoss milli jgħaddi minn ġo fihom.




5. Il-faċċata tad-dar.
Il-Best Deal jibnu l-faċċati tagħhom b'materjal oħxon li jimblokka ħafna ħoss. U allura, meta tixtri propjetà mingħandhom taf li anke jekk għadha ġebel u saqaf, diġà hija silenzjuża aktar minn postijiet oħra li nbnew b'modi tradizzjonali.



Irridu nagħmluha ċara li l-ħsejjes tas-sess huma biss ftit mill-istorbju żejjed li jkollna nisimgħu kuljum fil-ħajja tagħna. Anzi, l-istorbju tas-sess mhu xejn għal ħdejn l-istorbju tal-magni u l-karozzi u l-ħornijiet li l-għajat li nisimgħu kuljum. U dan l-istorbju żejjed huwa xjentifikament ippruvat li jagħmlilna ħafna ħsara fiżika u mentali. Mhux biss itarraxna maż-żmien, imma anke jikkrealna aktar stress u jagħmilna aktar suxxettibbli għal problemi ta' saħħa mentali.

U f'dan is-sens, it-teknoloġiji tal-Best Deal Properties jipproteġuk minn kwalunkwe ħoss li jagħmillek il-ħsara, u mhux mill-ħsejjes tas-sess biss. Però aħna qbadna mas-sess, għax, għid il-verità...kieku ma kienx fuq is-sess, dan l-artiklu lanqas kont taqrah!

Jekk trid issir taf aktar dwar x'joffru Erskine, Chris u t-tim tagħhom ta' Best Deal Properties, agħfas hawn biex tidħol fuq il-paġna ta' Facebook page tagħhom u ikkuntattjahom illum.

4 comments:

  1. Bonġu ħabib tieghi.
    Għandek bżonn urġenti ta 'self kummerċjali jew Self Personali?
    Int kontinwament nieqes minn flus kontanti minħabba li int imċaħħad minn self mill-bank tiegħek jew istituzzjonijiet finanzjarji oħra minħabba kollateral insuffiċjenti, proporzjon ta 'dejn għal dħul, punteġġ baxx ta' kreditu, rata ta 'imgħax għolja jew kwalunkwe raġuni oħra?

    Għajjien bis-sitwazzjoni finanzjarja attwali tiegħek? Għandek bżonn spinta mill-finanzi tiegħek? Int għajjien li dejjem tmur fil-bank jew tistenna s-self tiegħek biex tikseb approvat mill-banek tiegħek jew istitut finanzjarju ieħor? Tixraqilhom soluzzjoni aħjar.

    Pinnacle Group Financial hawn b'linja ta 'kreditu li tista' tgħinek issegwi l-għanijiet finanzjarji ġenerali tiegħek.

    Ma ’Pinnacle Financial Group, tista’ tikseb self għal biss 3 fil-mija tar-rata tal-imgħax.
    Tista 'tissellef sa 10 miljun.
    Tista 'tikseb self tal-għażla tiegħek fi instant.
    Tista 'Agħżel bejn sena sa 30 sena biex tħallas lura.
    Ikollok self kullimkien u f'kull ħin fil-kumdità tiegħek stess.

    Aħna nwettqu kull tip ta 'servizzi ta' self, aħna veloċi, affidabbli, ta 'min jafdaha u wkoll approvazzjoni faċli f'inqas minn 24 siegħa.

    Applika għal self illum; ikkuntattjana permezz ta ’dan l-indirizz elettroniku biex tkun taf aktar dwar l-offerta tas-self tagħna:
    Email: pinnaclefinancegroupinc@gmail.com

    Sincerament
    Marcus & Millichap
    CEO, Pinnacle Financial Group.

    ReplyDelete
  2. MERĦBA: IS-SELF BEJN INDIVIDWI SERJI U ONEST ONLINE
    Offerta ta ’self bejn individwi malajr Self malajr biex ittemm l-inkwiet tiegħek f’inqas minn 72 siegħa Inti pprojbit mill-bank tiegħek u t-tentattivi kollha tiegħek f’oħrajn u istituzzjonijiet finanzjarji oħra s’issa ma taw xejn minħabba l-kreditu ħażin tiegħek ebda inkwiet ikkuntattjani u f'inqas minn 72 siegħa b'rata raġonevoli ta '2% fis-sena u fuq il-ħin ta' ħlas lura li jixraqlek nagħmlek is-self li jsalvalek ħajtek. Jekk jogħġbok ikkuntattjani bl-email: marialeydi06@gmail.com

    ReplyDelete
  3. Jisimni Clyde Caruana, jien politiku Malti fi ħdan il-Partit Laburista, minn Novembru 2020 Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol.
    Il-faqar dejjem jikber li bħalissa qed iħawwad lill-umanità minħabba d-diversi mard u diżastri naturali qed jagħti daqqa vjolenti lill-popolazzjonijiet għax il-maġġoranza tal-ġenituri m’għadx għandhom biżżejjed mezzi finanzjarji biex jiżguraw id-diversi proġetti tagħhom u speċjalment biex jiżguraw il-miżati tal-iskola ta’ wliedhom. . Jien f’kollaborazzjoni mal-Fond Monetarju Internazzjonali u l-Unjoni Ewropea, flimkien ordnajna lill-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji biex tagħti fondi mhux rifondibbli lill-ġenituri bi proġetti konkreti iżda li qed ibatu biex jiksbuhom. Nitlobkom biex tafdaw l-organizzazzjoni billi tikkuntattjaw l-Email sabiex tibbenefika malajr minn fondi mhux rimborsabbli.

    Email: rosaemilieserge@gmail.com
    Email: rosaemilieserge@gmail.com
    Email: rosaemilieserge@gmail.com

    Grazzi

    ReplyDelete
  4. FINANCIAL AGENT LIMITED provides a full financial planning service to both the commercial and domestic markets. At IQ FINANCE PLC we believe that financial planning is about two things: creating wealth and protecting wealth. These two objectives are at the heart of everything we do. And, as a member of FINANCIAL AGENT LIMITED Services, we give you a small-company service but with a large-company set up – the best of both worlds.
    You are at liberty to engage our leased facilities into trade programs as well as in signature project(s) such as Aviation, Agriculture, Petroleum, Telecommunication, construction of Dams, Bridges and any other turnkey project(s) etc. Our terms and Conditions are reasonable.
    Leasing Price : 6%+2%
    Buying Price: 38%+2%

    Contact us for more details on our terms and procedure of transaction.

    NAME :Jason Edward
    EMAIL :financialagentltd@gmail.com
    SKYPE :financialagentltd@gmail.com

    ReplyDelete